Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Regolamenti

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal raqshom u għal membri tal-familja tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità.

Mill-1 ta’ Mejju 2010 dan se jitneħħa bir-Regolament 883/2004 għaċ-ċittadini tal-UE Ikompli japplika fin-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera sakemm il-ftehimiet kurrenti maż-ŻEE u l-Isvizzera jiġu emendati u għaċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux membri tal-UE, li jgħixu legalment fit-territorju tal-UE sakemm il-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim dwar l-estensjoni tar-regolamenti l-ġodda.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71. Mill-1 ta’ Mejju 2009 dan se jitneħħa bir-Regolament 987/2004 għaċ-ċittadini tal-UE Ikompli japplika fin-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera sakemm il-ftehimiet kurrenti maż-ŻEE u l-Isvizzera jiġu emendati u għaċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux membri tal-UE, li jgħixu legalment fit-territorju tal-UE sakemm il-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim dwar l-estensjoni tar-regolamenti l-ġodda.

L-immodernizzar tar-regoli ta’ koordinazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 u attwalment japplika biss fl-UE. Flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 987/2009, dan il-pakkett leġiżlattiv hu magħruf bħala l-koordinazzjoni mmodernizzata tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

Verżjoni konsolidata tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2010, ir-Regolament (KE) No 465/2012 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1224/2012.

Verżjoni konsolidata tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistipola l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, ir-Regolament (KE) Nru 465/2012 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012.

Ċittadini li mhumiex mill-pajjiżi tal-UE

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom.

Interpretazzjoni

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fiha rappreżentant tal-gvern ta’ kull pajjiż tal-UE u rappreżentant tal-Kummissjoni. Hi responsabbli biex tindirizza kwistjonijiet amministrattivi, mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni li jqumu mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, u għall-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-kompożizzjoni, il-ħidma u l-kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva huma stabbiliti fl-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament 883/2004.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja huma limitati għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fid-dawl ta’ każ partikolari. Madankollu, din l-interpretazzjoni hi vinkolanti għall-partijiet kollha involuti (qrati nazzjonali, istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, individwi).

Aktar informazzjoni dwar il-każistika

Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tal-Ġustizzja u x’tista’ tagħmel għalik

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna