Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Id-dritt għar-residenza

Ħaddiema

Min hu impjegat f'pajjiż ieħor tal-UE huwa intitolat li jgħix hemmhekk. Dawk li qed ifittxu x-xogħol ukoll huma intitolati li jibqgħu f'pajjiż ieħor sakemm ifittxu impjieg. (Ara d-dritt li tfittex xogħol)

Il-pajjiż li jilqa' jista', bħala "Ħaddiema immigranti tal-UE" jitlobhom jirreġistraw mal-awtoritajiet bħala residenti. (Ara d-Direttiva 2004/38/KE)

Formalitajiet legali u amminstrattivi oħra jiddependu fuq it-tul ta' żmien li jibqgħu hemm - sa 3 xhur, iktar minn 3 xhur, jew b'mod permanenti.

Membri tal-familja

Il-membri tal-familja tal-ħaddiem li ġejjin għandhom id-dritt li jgħixu fl-istess pajjiż , irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom:

  • konjugu
  • sieħeb reġistrat (sakemm il-pajjiż li jilqa' jittratta s-sieħba rreġistrati b'mod ekwivalenti għal żwieġ)
  • dixxendenti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti, inklużi dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba
  • qraba dipendenti fil-linja axxendenti (eż. ġenituri, nanniet), inklużi dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba

Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta':

  • membri tal-familja oħra li huma dipendenti jew membri tal-familja tal-ħaddiem
  • membri tal-familja oħra li għandhom bżonn kura personali minħabba raġunijiet serji ta' saħħa
  • sieħeb li juri li għandhom relazzjoni twila mal-ħaddiem.

F'każ ta' divorzju, annullament taż-żwieġ, tmiem ta' sħubija reġistrata, mewt jew tluq tal-ħaddiem, il-membri tal-familja jistgħu jżommu d-dritt għar-residenza skont ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

Formalitajiet amministrattivi

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna