Dan is-sit ġie arkivjat (18/07/2014)
18/07/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Missjonijiet għat-tkabbir

Missjonijiet għat-tkabbir — Ngħinu l-SMEs jieħdu xejra internazzjonali

Illum il-ġurnata, l-iżvilupp ekonomiku huwa konċentrat fi swieq barra l-UE. Huwa stmat li sas-sena 2020 70% tat-tkabbir dinji ser issir f’ekonomiji emerġenti. Iżda din mhijiex aħbar ħażina għall-kumpaniji Ewropej, anzi hija opportunità.

Sabiex jaħtfu din l-opportunità, il-kumpaniji tal-UE għandhom ikunu kapaċi jikkompetu fi swieq barranin. L-impriżi l-kbar diġà jagħmlu dan. Il-veru sfida hija li nippermettu lill-impriżi żgħar u medji tal-UE jikkompetu globalment.

Għadd wisq żgħir ta' SMEs tal-UE joperaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. 25% biss għandhom attivitajiet f’pajjiż/i tal-UE barra minn pajjiżhom. Dawk attivi barra l-UE huma biss 13%. Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata biex iżżid b’mod sinifikanti dawn iċ-ċifri. L-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs hija waħda mill-prijoritajiet tal-strateġija industrijali English (en) ġdida tal-UE, adottata f’Ottubru 2012.

"il-missjonijiet għat-tkabbir jgħinu biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal sitwazzjonijiet fejn jirbaħ kulħadd. Il-kumpaniji Ewropej igawdu minn aċċess aktar faċli għas-swieq barranin, filwaqt li l-atturi u l-awtoritajiet lokali jkollhom possibbiltajiet konkreti biex jattiraw investiment barrani”

Biex ngħinu l-kumpaniji tagħna jsiru globali huwa ta’ importanza kbira li ninnegozjaw ftehimiet kummerċjali komprensivi f'pajjiżi terzi — li nbaxxu d-dazji, iżda wkoll neliminaw ostakli mhux tariffarji, niftħu l-akkwist pubbliku, niżguraw infurzar effettiv tar-regoli tal-kummerċ, niggarantixxu l-aqwa standards ta’ ħarsien għall-investimenti internazzjonali u l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ftehimiet kummerċjali tal-UE se tinkludi dawn l-elementi.

Iżda dan mhuwiex biżżejjed. Għandna wkoll inrawmu kuntatti diretti bejn imprendituri ġodda tal-UE u l-awtoritajiet u l-kumpaniji barranin biex inħeġġu relazzjonijiet kummerċjali dejjiema. Dan hu l-għan tal-“Missjonijiet għat-Tkabbir” li ġew stabbiliti reċentament mill-Kummissjoni. Dawn il-missjonijiet — li m'għandhomx jiġu mifxula ma’ attivitajiet ta’ promozzjoni tal-kummerċ tradizzjonali — ilaqqgħu rappreżentanti tan-negozji tal-UE u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi biex b'hekk iħeġġu kooperazzjoni futura.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Antonio Tajani, hu personalment involut f’dawn il-missjonijiet. Mill-2011, huwa żar 17-il pajjiżi differenti, fl-Amerka (l-Istati Uniti, il-Brażil, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kolombja, il-Perù, Iċ-Ċilì, u l-Urugwaj), fl-Ażja (iċ-Ċina, il-Mjanmar , il-Vjetnam, it-Tajlandja), fl-Afrika ta' Fuq u Lvant Nofsani (l-Eġittu, il-Marokk, it-Tuniżija, l-Iżrael)kif ukoll il-Federazzjoni Russa. F’kull missjoni, kien akkumpanjat minn delegazzjoni konsiderevoli ta' intraprendituri Ewropej. Il-proċess ta' internazzjonalizzazzjoni spiss jibda bihom.

Ta’ min jinnota li l-internazzjonalizzazzjoni ma tfissirx rilokazzjoni barra mill-pajjiż, bħala kumpaniji tal-UE iżommu l-bażi tagħhom fl-Ewropa. Kumpaniji internazzjonalizzati jikbru anki matul perjodi li jkunu xotti għall-ekonomija Ewropea, u għalhekk jiffavorixxu t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Il-kumpaniji tal-UE li huma attivi barra l-UE huma wkoll l-aktar innovattivi u kompetittivi. 25% tal-intrapriżi tal-UE li joperaw barra minn pajjiżhom irnexxielhom iniedu mill-inqas prodott ġdid wieħed fis-settur tagħhom. Huma biss 8% mill-kumpaniji tal-UE li joperaw biss f’pajjiżhom li jistgħu jgħidu li kellhom tali riżultat.

Aktar tagħrif English (en)

L-aħħar aġġornament: 18/07/2014 |  Fuq