Avviż legali

Ġenerali

L-informazzjoni f'dan is-sit hija suġġetta għal caħda ta' esponsabbiltà, avviż ta' copyright u regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-data personali.

Google Analytics

Dan is-sit web juża Google Analytics, servizz web ta' analiżi provdut minn Google, Inc. ("Google").  Google Analytics juża "cookies", li huma fajls b'test li jitpoġġew fuq il-kompjuter tiegħek biex jgħinu lis-sit web janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni (li tinkludi l-indirizz tal-protokoll tal-internet IP tiegħek) dwar l-użu tas-sit web li tinħoloq mill-cookies se tiġi trażmessa u maħżuna minn Google fuq servers  fl-Istati Uniti. Google se juża din l-informazzjoni biex jivvaluta l-użu tiegħek ta' dan is-sit web, jiġbor rapporti għall-operaturi tas-sit web dwar l-attività li seħħ fuqha u jipprovdi servizzi oħra relatati mal-attività tas-sit web kif ukoll l-użu tal-internet. Google jista' wkoll jibgħat din l-informazzjoni lill-partijiet terzi, fejn ikun mitlub mil-liġi jew fejn partijiet terzi simili jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Google mhux se jassoċja l-indirizz IP tiegħek ma tagħrif ieħor miżmum minn Google. Tista' tirrifjuta li tuża l-cookies billi tagħmel it-tibdil neċessarju fuq il-brawżer tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel dan it-tibdil, jista' jkun li ma jkollokx aċċess għall-funzjonalità sħiħa tas-sit web. Meta tuża dan is-sit web, inti tkun qed tagħti permess lil Google biex jipproċessa l-informazzjoni dwarek, għall-għanijiet u bil-mod li ġie stipulat hawn fuq. 

L-aħħar aġġornament: 15/10/2012 | Fuq