Dan is-sit ġie arkivjat (01/01/2014)
01/01/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

Ħares lejn il-ġejjieni: Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) 2014-2020

Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), li bħala mira primarja għandu l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), isostni l-attivitajiet ta' innovazzjoni (inkluż l-ekoinnovazzjoni), biex jipprovdi aċċess aħjar għal finanzjament u jipprovdi servizzi ta' appoġġ lil negozji fir-reġjuni.

Dan jinkoraġġixxi aktar inizjattiva u użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u jgħin fl-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Dan jippromwovi wkoll żieda fl-użu tal-enerġiji li jiġġeddu u fl-effiċjenza tal-enerġija.

Is-CIP huwa mifrux bejn l-2007 u l-2013 b'baġit globali ta' € 3,621 miljun.

Is-CIP huwa maqsum fi tliet programmi operazzjonali.

Kull programm għandu l-objettivi speċifiċi tiegħu, bil-għan li jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-kapaċità innovattiva tagħhom fl-oqsma tagħhom, bħall-ICT jew l-enerġija sostenibbli:

  • Il-Programm ta' Intraprenditorija u Innovazzjoni (EIP)
  • Il-Programm ta' Appoġġ għall-Politika dwar Teknoloġiji tal-Komunikazzjoni tal-Informazzjoni (ICT-PSP)
  • Il-Programm Ewropew dwar l-Enerġija Intelliġenti (IEE)
  • Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni - © fotoliaProgramm għall-Intraprenditorija u l-InnovazzjoniDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Il-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika dwar l-ICT  - © fotoliaIl-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika dwar l-ICT Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Il-Programm Ewropew tal-Enerġija IntelliġentiIl-Programm Ewropew tal-Enerġija IntelliġentiDeutsch (de)English (en)français (fr)
L-aħħar aġġornament: 03/09/2015 | Fuq