Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Tista’ takkwista l-karta billi tikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħekbilli kull pajjiż individwali huwa responsabbli għall-produzzjoni u t-tqassim tal-karta fit-territorju tiegħu.

Biex tkun eliġibbli għall-karta, inti trid tkun assigurat minn jew kopert b’sistema ta’ sigurtà soċjali tal-istat f’xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Kull membru individwali ta’ familja li tkun qed tivvjaġġa jrid ikollu l-karta personali tiegħu.

L-unika informazzjoni personali fuq il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea hija l-isem u l-kunjom tad-detentur tal-karta, in-numru ta’ identifikazzjoni personali u d-data tat-twelid. Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea ma fihiex tagħrif mediku.

Din tvarja minn pajjiż għall-ieħor u huwa ta’ min wieħed jiċċekkja meta jikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħu biex jakkwista l-karta.

Jekk titlob għal Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, l-awtorità lokali tiegħek hija obbligata li tipprovdilek waħda jew, jekk ma tistax tagħmel dan, tipprovdilek ċertifikat provviżorju minflokha jekk il-karta ma tkunx disponibbli minnufih. Jekk ma tagħmilx hekk, inti tista’ tappella. Il-Kummissjoni Ewropea tista toffrilek informazzjoni dwar kif inti tista teżerċita d-drittijiet tiegħek u tissuġġerixxi li l-ewwel nett, inti tikkuntattja lil Solvit sabiex issir taf kif tagħmel ilment.

Skond il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li toqgħod fih, il-kura tas-saħħa hija jew bla ħlas jew, jekk trid tħallas, inti tiġi rimborsat. Jekk trid tħallas minn qabel, il-karta tiggarantilek li inti triċievi l-flus lura f’dak il-pajjiż jew, jekk ma rnexxielekx ittemm il-proċedura tar-rimbors, tirċevihom ftit wara li tasal lura f’pajjiżek mingħand l-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek. Il-kura tas-saħħa hija pprovduta skond il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li qed iżżur. Jekk għandek xi dubji dwar liema kura tas-saħħa u liema spejjeż huma koperti bil-karta tiegħek, inti mitlub tikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa ta’ dak il-pajjiż.

Jekk ikun hemm il-bżonn, inti xorta tirċievi t-trattament neċessarju sabiex tkun tista’ tkompli l-vaganza tiegħek mingħajr ma jkollok għalfejn tmur lura pajjiżek għall-kura. Iżda ftakar li l-karta tagħmilha aktar faċli għalik sabiex taċċessa l-kura medika b’xejn dak il-ħin jew sabiex inti tkun rimborsat jekk ikollok tħallas minn qabel. Għalhekk meta inti tivjaġġa lejn Stat Membru ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea jew lejn l-Iżvizzera, kemm jekk għal raġunijiet personali kif ukoll għal raġunijiet professjonali, inti mħeġġeġ li tagħmel dan b’Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

L-etika medika tgħid li tabib ma jistax jirrfijuta li jikkurak jekk saħħtek tirrikjedi l-kura. Madankollu, m’hemm l-ebda garanzija li l-ispejjeż tiegħek ikunu rimborsati taħt l-istess kundizzzjonijiet li kieku stajt tagħti prova li inti dak il-ħin kellek assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali billi ippreżentajt il-karta jew dokument ekwivalenti. It-tabib jew stabbiliment mediku jistgħu għalhekk jitolbuk tħallas l-ispejjeż kollha jew li tħallas proporzjon tal-ispejjeż minn qabel li persuna assigurata f’dak l-Istat Membru ma tkunx mitluba tħallas. F’emerġenza, l-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek tista’ tgħin billi tibgħatlek ċertifikat provviżorju minflokha permezz ta’ fax jew email, li jagħtik l-istess protezzjoni li tagħtik il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

Dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persuni (studenti u ħaddiema mibgħuta barra) huma mogħtija Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea li fil-każ tagħhom tissostitwixxi l-formola E 128. Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tagħtihom aċċess għal trattament li huwa neċessarju waqt li jiġi kkunsidrat it-tul ta’ żmien tal-permanenza tagħhom f’dak il-pajjiż. F’każ ta’ xogħol barra jew studju, il-perijodu jista’ jkun relattivament twil, u l-firxa ta’ trattamenti aċċessibbli tista’ tkun iktar estensiva minn dik għal turista li jkun qiegħed f’dak il-pajjiż għal ftit jiem.

Il-karta tista’ tintuża biex ikollok aċċess aktar faċli għat-trattament mediku iżda m’għandha x’taqsam xejn mar-ripatrijazzjoni. Il-karta ma tgħinekx biex tiġi lura d-dar bla ħlas jekk timrad serjament jew jekk issofri inċident serju. Għal dik is-sitwazzjoni, jkollok bżonn kopertura tal-assigurazzjoni separata.

Iva, jekk għandek kundizzjoni medika kronika (per eżempju, f’każijiet ta’ ażżma, dijabete, jew kanċer) waqt iż-żjara temporanja tiegħek fi Stat Membru ieħor, inti intitolat għal trattament li huwa meqjus bħala bżonnjuż, waqt li tiġi kkunsidrata l-kundizzjoni medika tiegħek. Madankollu, jekk il-kundizzjoni medika tiegħek tfisser li inti għandek bżonn sorveljanza medika speċjali, u b’mod partikolari l-użu ta’ tekniki jew ta’ apparat speċjali (eż. it-trattament b’dijaliżi), inti tista’ torganizza l-mawra tiegħek minn qabel sabiex tassigura li inti jkollok aċċess għall-apparat jew it-trattament li teħtieġ. Inti tista’ tagħmel dan billi qabel ma titlaq mid-dar tikkuntattja lit-taqsima medika speċjalizzata fil-pajjiż li ser iżżur.

Iva, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tkopri t-trattament mediku kollu relatat mat-tqala tiegħek, inkluż it-twelid tat-tarbija, waqt li tkun qegħda toqgħod temporanjament f’pajjiż ieħor. Madankollu, jekk tixtieq twelled f’pajjiż ieħor, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek billi jista’ jkun li jkollok bżonn awtorizzazzjoni speċjali (formola S2).

Jekk insejt jew tlift il-karta tiegħek, inti tista’ titlob lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek biex permezz ta’ fax jew email tibgħatlek ċertifikat provviżorju minflokha. Dan jagħtik l-istess drittijiet li tagħtik il-karta.

Informazzjoni għall-fornituri tal-kura tas-saħħa

- L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit,
- l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,
- u l-Iżvizzera.

Il-Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa ġiet introdotta progressivament mill-1 ta’ Ġunju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Mill-1 ta’ Jannar 2006, bdiet tinħareġ u hija rikonoxxuta fil-pajjiżi kollha elenkati hawn fuq.

Il-Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa u ċ-ċertifikat proviżorju sostituttiv għandhom l-istess funzjoni. It-tnejn jixhdu l-fatt li l-possessur li qed jikkonsultak għall-kura huwa assigurat. Għandek titratta dawn il-persuni daqs li kieku huma assigurati fil-pajjiż tiegħek u tipprovdilhom il-kura medikament meħtieġa għall-kundizzjoni tagħhom, billi tikkunsidra n-natura tal-kura u tat-tul ta’ żmien mistenni li jqattgħu fil-pajjiż tiegħek. Il-kundizzjonijiet tat-tariffi ffissati mill-iskema tas-sigurtà soċjali statutorja għandhom japplikaw.

Iva, l-Istati Membri kollha jużaw l-istess disinn, li jinkorpora simbolu Ewropew. L-għan hu li jkun żgurat li l-karta tingħaraf immedjatament mit-tobba u ċ-ċentri ta’ kura. Il-karta fiha ċertu ammont ta’ tagħrif obbligatorju, ippreżentat f’forma standard biex ikun jista’ jinqara hi x’inhi l-lingwa tal-possessur. Dan id-disinn standard jinsab biss fuq naħa waħda tal-karta. L-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu d-disinn tagħhom għan-naħa l-oħra.

Iċ-ċertifikat proviżorju sostituttiv huwa dokument ekwivalenti għall-Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa. Huwa jintuża bħala sostituzzjoni jekk il-possessur tal-karta ikun tilef jew nesa l-karta tiegħu, jew jekk l-istituzzjoni ta’ l-assigurazzjoni tal-mard ma tkunx f’qagħda li toħroġ lill-applikant Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa qabel it-tluq tiegħu. Għandu l-istess valur tal-Karta Ewropea ta’ l-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

Dawk li għandhom Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa huma intitolati għall-benefiċċji in natura kollha li "jsiru medikament meħtieġa matul iż-żjara fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, meta tiġi kkunsidrata n-natura tal-benefiċċji u t-tul taż-żjara mistenni". Għalhekk għandek tagħti kull kura medika u trattament li l-istat ta’ saħħa tal-pazjent ikollu bżonn biex ikun jista’ jkompli biż-żjara tiegħu fil-pajjiż tiegħek f’kundizzjonijiet ta’ saħħa siguri. Il-punt hu li huwa m’għandux ikun obbligat li jaqta’ ħesrem iż-żjara tiegħu biex ikun jista’ jmur lura fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu għat-trattament. Madankollu, m’intix obbligat li tipprovdi ċerti tipi ta’ trattamenti li jistgħu jistennew sakemm il-pazjent ikun mar lura d-dar (bosta tipi ta’ kura tas-snien, per eżempju). Jista’ jagħti l-każ li l-pazjent ikollu problema biex jiġbor ir-rimborż għat-trattament li jmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ fil-kuntest ta’ żjara temporanja. Ċerti tipi ta’ trattamenti jinfirxu fuq perjodu twil u jkollhom bżonn ta’ żjarat ulterjuri – dan mhux kompatibbli ma’ żjara temporanja f’pajjiż ieħor. F’każi bħal dawn, ladarba l-pazjent ikun irċieva trattament ‘holding’ jew primarju, ġeneralment ikun aħjar għalih li jmur lura lejn il-pajjiż ta’ residenza u għand it-tabib tiegħu għal aktar eżamijiet jew ċerti tipi ta’ kura.

Pazjent li jkun nesa jew tilef il-karta tiegħu/tagħha jista’ jitlob lill-istituzzjoni ta’ l-assigurazzjoni tal-mard tiegħu/tagħha biex tibgħatlu b’fax jew b’e-mail ċertifikat proviżorju sostituttiv. Dan huwa ekwivalenti għall-Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa u jagħtih/jagħtiha l-istess dritt għall-kura tas-saħħa u r-rimborż ta’ l-ispejjeż assoċjati li jkun/tkun daħal/daħlet għalihom matul iż-żjara temporanja fi Stat Membru ieħor. Jingħata parir li tittieħed din l-azzjoni jekk pazjent ikollu bżonn li jiddaħħal l-isptar.

Studenti u ħaddiema trasferiti tista’ tinħarġilhom Karta Ewropea ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa minflok il-formola E 128, li tagħti aċċess għal kura li hija meħtieġa meta jiġi kkunsidrat it-tul taż-żjara tagħhom. Peress li ż-żjara tagħhom tista’ tkun relattivament twila, il-firxa ta’ kura koperta tista’ tkun usa’ milli hija għal turist li jkun se joqgħod biss għal ftit jiem.

 

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna