Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Benefiċċji għall-familja

Diġà żort il-paġna tagħna dwar il-benefiċċji tal-familja?

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Int intitolat għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek, anke jekk il-membri ta' familtek jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Jekk int ħaddiem transkonfinali bla xogħol ("ħaddiem bejn il-fruntieri") (>> ara t-taqsima tagħna dwar il-benefiċċji tal-qgħad) tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż fejn tgħix u mhux mill-pajjiż fejn kont assigurat l-aħħar. F'dan il-każ, il-pajjiż fejn tgħix hu responsabbli wkoll għall-benefiċċji tal-familja tiegħek.

Id-dritt għall-benefiċċji tal-familja jiddependi mil-leġiżlazzjoni ta' kull pajjiż. Għalhekk l-aħjar li tistaqsi l-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali lokali tiegħek. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Bħala pensjonant, normalment tirċievi l-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek, sakemm uliedek jgħixu fl-istess pajjiż.

Jekk uliedek jgħixu f'pajjiż li ma jħallasx il-pensjoni tiegħek u tirċievi pensjoni minn iktar minn pajjiż wieħed tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, il-pajjiż fejn ħallast l-assigurazzjoni għall-itwal perjodu ta' żmien hu kompetenti biex jipprovdik bil-benefiċċji tal-familja.

Iva tista'. Jekk l-eks raġel tiegħek ma jużax il-benefiċċji tal-familja li jirċievi biex isostni l-membri tal-familja tiegħek, l-istituzzjoni li tipprovdi dawn il-benefiċċji tista' tiddeċiedi li tħallashom lilek direttament, bħala l-persuna li attwalment tieħu ħsieb il-familja.

Jekk tixtieq tuża dan id-dritt, trid tikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-post fejn tgħix. Imbagħad dawn jikkuntattjaw l-istituzzjoni responsabbli li tipprovdi l-benefiċċji fil-pajjiż l-ieħor. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Jekk il-ġenituri jaħdmu f'żewġ pajjiżi differenti tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera u t-tfal jgħixu f'wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu l-ulied hu responsabbli għall-benefiċċji tal-familja tiegħek.

Id-dritt għall-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem jiġi sospiż sal-ammont tal-benefiċċji pprovduti mill-pajjiż fejn martek/żewġek t/jaħdem u fejn jgħixu wliedek. Jekk l-ammont tal-benefiċċji tal-familja mħallsa mill-pajjiż fejn martek/żewġek t/jaħdem u fejn jgħixu wliedek hu inqas fil-pajjiż fejn taħdem int, titħallas id-differenza b'żieda mħallsa mill-pajjiż fejn taħdem. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

F'din is-sitwazzjoni, l-istituzzjoni tal-pajjiż li jipprovdi l-ogħla benefiċċju tal-familja għandha tħallas l-ammont kollu ta' dan il-benefiċċju.

L-istituzzjonijiet tal-pajjiż l-ieħor għandhom jirrimborżaw nofs l-ispejjeż: din il-proċedura ta' rimborż hi interna għall-istituzzjonijiet involuti għalhekk ma tindunax biha.

It-talbiet tiegħek

Ġeneralment int intitolat għall-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem jew fejn tisab bla xogħol. Għandek tissottometti t-talba lill-istituzzjoni kompetenti hemmhekk, meta neċessarju permezz ta' min iħaddmek. Dik l-istituzzjoni tikkuntattja lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż fejn jgħixu l-membri ta' familtek biex iġibu l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-familja (għadd ta' membri tal-familja, l-età tagħhom, l-indirizz, eċċ.).

Jekk il-pajjiż fejn taħdem mhuwiex responsabbli għall-benefiċċji tiegħek skont ir-"regoli ta' prijorità", l-istituzzjoni tibgħat it-talba tiegħek lill-istituzzjoni tal-pajjiż li hu attwalment kompetenti biex jittratta t-talba tiegħek daqslikieku ssottomettejtha hemmhekk.

Le, ma tistax tirċievi l-benefiċċji tal-familja darbtejn għall-istess perjodu ta' żmien għall-istess membru tal-familja. Jeżistu "regoli ta' prijorità" f'każijiet ta' drittijiet li jikkoinċidu. Skont dawn ir-regoli, id-dritt għall-benefiċċji tal-familja f'wieħed minn dawn il-pajjiżi jiġi sospiż.

Madankollu, din is-sospensjoni mhi qatt totali: il-benefiċċji dovuti minn pajjiż wieħed jiġu sospiżi sal-ammont tal-benefiċċji dovuti skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li għandu prijorità. Dan ifisser li jekk l-ammont tal-benefiċċju tal-familja "sospiż" hu ogħla mill-benefiċċju pprovdut mill-pajjiż li għandu prijorità, il-pajjiż bl-ogħla benefiċċji jkollu jħallas żieda li tikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna