Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-UE - Videos relatati

Tul ta' ħin:01:03 / Data: Dec 2016

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li jiġu aġġornati r-regoli li jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Ewropa. Illum, jekk persuna tkun reġistrata bħala qiegħda fi Spanja pereżempju, u tmur id-Danimarka pereżempju, biex tgħix u tfittex xogħol, xorta tkun tista’ tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż ta’ oriġini għal mill-inqas tliet xhur. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-perjodu jittawwal għal 6 xhur. Is-servizz tal-impjiegi Daniżi jagħti appoġġ u jibgħat rapporti ta’ kull xahar lil Spanja dwar l-attivitajiet tal-persuna qiegħda. Li tmur tgħix u taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-UE. Il-moviment liberu tal-persuni kieku ma jkunx possibbli mingħajr ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

Biex tniżżel il-filmat mur fis-Servizzi Awdjoviżivi tal-Kummissjoni Ewropea

Ixxerja din il-paġna