Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol

Diġà żort il-paġna tagħna dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat max-xogħol?

It-talbiet tiegħek

Għandek tibgħat dikjarazzjoni tal-aċċident lill-istituzzjoni ta' assigurazzjoni tiegħek. L-istituzzjoni fil-pajjiż fejn kellek l-aċċident għandha tibgħat ukoll iċ-ċertifikat mediku flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek tista' titlob.

Jekk l-aċċident iseħħ waqt li tkun tivvjaġġa lejn u mix-xogħol, l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek tista' taħtar investigatur biex jagħmel inkjesta fil-pajjiż fejn jiġri l-aċċident. L-investigatur ikun assistit mill-awtoritajiet lokali. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Jekk, skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn int assigurat, l-ammont tal-benefiċċju fi flus jiddependi fuq l-għadd tal-membri tal-familja tiegħek, anke l-membri tal-familja li jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera jitqiesu għall-kalkolu tal-benefiċċji tiegħek.

Jekk kellek xogħol li x'aktarx ikkawża l-marda tiegħek f'iktar minn pajjiż wieħed tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, int (jew is-superstiti tiegħek) tista' titlob benefiċċji fejn kont assigurat biss meta kont espost l-aħħar għal dan ir-riskju.

Il-pajjiż fejn int assigurat hu dejjem responsabbli biex iħallas il-benefiċċji fi flus fir-rigward ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard relatat max-xogħol, jiġifieri l-benefiċċji li jieħdu post il-paga li tiġi sospiża minħabba aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda relatata max-xogħol.

Il-benefiċċji fi flus normalment jitħallsu mill-istituzzjoni tal-pajjiż fejn int assigurat. Il-pajjiż tal-assigurazzjoni tiegħek, madankollu, jista' jiftiehem mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż fejn tgħix jew tinsab biex il-benefiċċji fi flus jitħallsu minnhom. Dan ma jibdilx l-ammont ta' flus li tirċievi.

Aċċidenti barra minn Malta

Jekk ikollok aċċident fuq il-post tax-xoħgol waqt li tkun qed tivvjaġġa fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, int xorta kopert kontra r-riskju ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Int intitolat għall-benefiċċji fi flus li jsiru neċessarji minħabba raġunijiet mediċi matul l-ivvjaġġar barra l-pajjiż fejn int assigurat. Int intitolat ukoll għall-benefiċċji speċjali in natura tal-iskema li tkopri l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol provduti fil-pajjiż fejn tkun meta jiġri l-aċċident.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna