EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0102

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

COM/2021/102 final

Brussell, 4.3.2021

COM(2021) 102 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

{SWD(2021) 46 final}


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali



Hekk kif qed negħlbu l-pandemija, hekk kif qed inħejju r-riformi meħtieġa u hekk kif qed naċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji, nemmen li wasal iż-żmien li nadattaw ukoll il-ġabra ta’ regoli soċjali. Ġabra ta’ regoli li tiżgura s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Ġabra ta’ regoli li tippremja lill-imprendituri li jieħdu ħsieb l-impjegati tagħhom. Li tiffoka fuq l-impjiegi u tiftaħ opportunitajiet. Li tpoġġi l-ħiliet, l-innovazzjoni u l-protezzjoni soċjali fuq l-istess livell. 

Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen (diskors fil-Parlament Ewropew, 20 ta’ Jannar 2021)

Il-bidla lejn futur aktar ekoloġiku, aktar ġust u aktar inklużiv se tinvolvi kostijiet u sfidi fuq perjodu ta’ żmien qasir. Huwa għalhekk li huwa daqstant importanti li nakkumpanjaw il-bidla u li ngħinu lill-komunitajiet u lill-individwi jaġġustaw għad-dinja l-ġdida. Dan jeħtieġ attenzjoni kbira għall-kwistjonijiet soċjali. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jiġi implimentat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kompetenzi rispettivi.

Il-Kunsill Ewropew, Aġenda strateġika ġdida għall-UE 2019-2024

Il-Parlament Ewropew […] jenfasizza li l-progress lejn Ewropa soċjali sostenibbli, ġusta u inklużiva jeħtieġ impenn kondiviż b’saħħtu, kemm għall-avvanz tal-Aġenda 2030 tan-NU kif ukoll għall-implimentazzjoni u l-materjalizzazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet li jinsabu fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Ewropa soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (17 ta’ Diċembru 2020)



1. Ewropa soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti

Ewropa Soċjali b’saħħitha hija dwar in-nies u l-benesseri tagħhom. L-Ewropa hija fost l-aktar soċjetajiet ugwali fid-dinja, bl-ogħla standards fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, u bi protezzjoni soċjali wiesgħa. Is-sostenibbiltà kompetittiva 1 tinsab fil-qalba tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa, li taħdem għal mudell ta’ tkabbir sostenibbli u inklużiv li jwassal l-aħjar għan-nies u għall-pjaneta. Fuq dan il-mudell uniku huma bbażati r-reżiljenza soċjali u ekonomika tal-Ewropa 2 .

L-Ewropej jgħożżu dan il-mudell soċjali u ekonomiku uniku u jistennew li jġib opportunitajiet għal kulħadd, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. L-ambizzjoni tal-Unjoni hija li tirnexxi fil-wegħda tagħha ta’ prosperità kondiviża. Din hija wkoll il-wegħda tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali proklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2017.

It-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali, id-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u x-xejriet demografiċi qed ibiddlu malajr il-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-COVID-19 esponiet lill-Ewropa għal aktar bidliet drastiċi fl-impjiegi, fl-edukazzjoni, fl-ekonomija, fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u fil-ħajja soċjali tagħna. Huwa fi żminijiet bħal dawn, ta’ trasformazzjonijiet profondi, li n-nisġa soċjali tagħna tiġi ttestjata. L-Ewropej għadhom iżommu b’mod leġittimu l-wegħda ta’ ekonomija tas-suq soċjali li taħdem tajjeb, b’impjiegi li jippermettu għajxien u protezzjoni deċenti fi żminijiet ta’ bżonn. Disgħa minn kull għaxar Ewropej iqisu li l-Ewropa soċjali hija importanti għalihom u jenħtieġ li toffri opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni soċjali 3 . It-titjib u l-adattament tal-“ġabra ta’ regoli soċjali” tagħna – it-trawwim ta’ ekonomija li taħdem għan-nies u l-promozzjoni tal-progress soċjali – jinsabu fil-qalba tar-rispons tal-Ewropa għal dawn il-bidliet.

Ir-rispons politiku b’saħħtu fil-livell nazzjonali u tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 kien ta’ suċċess fil-limitazzjoni tal-konsegwenzi soċjali u tal-impjiegi tiegħu. Permezz ta’ unità u koordinazzjoni b’saħħithom, is-solidarjetà Ewropea pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili għaż-żamma tal-impjiegi biex inaqqsu l-qgħad fl-emerġenza tas-saħħa. Dan għen biex jiġu sostnuti l-impjiegi, id-dħul, u l-ekonomija.

L-istess unità, koordinazzjoni u solidarjetà se jkunu meħtieġa wkoll fis-snin li ġejjin biex nimxu ’l quddiem lejn deċennju aktar ekoloġiku u aktar diġitali li fih l-Ewropej jistgħu jirnexxu. Għalkemm fi gradi differenti, l-isfidi li ġejjin huma simili fl-Istati Membri kollha. Jeħtieġ li naħdmu għal “ġabra ta’ regoli soċjali” ġdida li tiżgura s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u toħloq opportunitajiet għal kulħadd, tippremja lill-imprendituri li jieħdu ħsieb l-impjegati tagħhom, tiffoka fuq l-impjiegi u tippromwovi kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol aħjar, tinvesti f’edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva, fit-taħriġ, fil-ħiliet u fl-innovazzjoni u tiżgura protezzjoni soċjali adegwata għal kulħadd. Jeħtieġ li nsaħħu d-drittijiet soċjali u li nsaħħu d-dimensjoni soċjali Ewropea fil-politiki kollha tal-Unjoni kif stabbilit fit-Trattati 4 . Dan se jiżgura li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, id-diġitalizzazzjoni u t-tibdil demografiku jkunu soċjalment ġusti u ekwi, u li l-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Deċenn Diġitali tal-2030 li ġej ikunu suċċessi għall-Ewropej kollha.

L-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huma s-sinjal li jiggwidana lejn Ewropa Soċjali b’saħħitha u jistabbilixxu l-viżjoni għall-“ġabra ta’ regoli soċjali” l-ġdida tagħna. Dawn jesprimu l-prinċipji u d-drittijiet essenzjali għal swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jaħdmu tajjeb fl-Ewropa tas-seklu 21. Xi prinċipji jaffermaw mill-ġdid id-drittijiet li diġà huma preżenti fl-acquis tal-Unjoni; oħrajn jistabbilixxu objettivi ċari għat-triq li ġejja aħna u nindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mill-iżviluppi soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi.

L-implimentazzjoni effettiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali issa hija aktar importanti minn qatt qabel u tiddependi ħafna fuq ir-riżoluzzjoni u fuq l-azzjoni tal-Istati Membri, li primarjament għandhom responsabbiltà għall-impjiegi, il-ħiliet u l-politiki soċjali.

Azzjonijiet fil-livell tal-UE jistgħu jikkomplementaw azzjonijiet nazzjonali u dan il-Pjan ta’ Azzjoni huwa l-kontribut tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali, f’konformità mas-sejħiet mill-Mexxejja Ewropej 5 u mill-Parlament Ewropew.

Il-Pjan ta’ Azzjoni jibbaża fuq konsultazzjoni fuq skala kbira mnedija madwar sena ilu 6 fejn waslu aktar minn 1 000 kontribuzzjoni mingħand ċittadini, istituzzjonijiet u korpi tal-UE, Stati Membri, awtoritajiet reġjonali u lokali, sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili 7 . Il-Pjan ta’ Azzjoni jistabbilixxi għadd ta’ azzjonijiet tal-UE li l-Kummissjoni hija impenjata li tieħu matul il-mandat attwali, filwaqt li tibni fuq il-ħafna azzjonijiet li ttieħdu mill-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’Gothenburg 8 . Dan iressaq ukoll tliet miri fil-livell tal-UE li għandhom jintlaħqu sal-2030 u li se jgħinu fit-tmexxija tal-politiki u tar-riformi nazzjonali.

Is-Summit Soċjali ta’ Porto f’Mejju 2021 se jkun okkażjoni biex isir sforz biex jiġġedded, fl-ogħla livell politiku, l-impenn li jiġi implimentat il-Pilastru Soċjali. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jikkostitwixxi l-kontribut tal-Kummissjoni għas-Summit Soċjali ta’ Porto. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil atturi rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll lis-soċjetà ċivili, biex jingħaqdu fi sforz kollettiv biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Pilastru fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, u jagħmlu l-prinċipji tiegħu realtà malajr. Sabiex Ewropa Soċjali b’saħħitha tkompli tkun mudell għad-dinja.

2.Tliet miri tal-UE biex tiġi stabbilita l-ambizzjoni għall-2030

Ewropa Soċjali b’saħħitha hija l-pedament mhux biss tal-prosperità u tal-benesseri taċ-ċittadini tagħna iżda wkoll ta’ ekonomija kompetittiva. Forza tax-xogħol innovattiva b’ħiliet, li kapaċi ssawwar u tadatta għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali se tkun kruċjali għal dan.

Madankollu, hekk kif l-Ewropa tidħol f’deċennju ġdid, għad irid isir progress biex jintlaħqu livelli għoljin ta’ impjiegi, ħiliet u impjegabbiltà, u sistemi ta’ protezzjoni soċjali robusti. F’Diċembru 2020, 16-il miljun persuna ma kellhomx xogħol u l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien ta’ 17,8 %, ħafna ogħla mill-qgħad ġenerali. Il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, b’paga baxxa, u temporanji kienu l-ewwel li ngħataw is-sensja minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Il-parteċipazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol kienet ukoll affettwata b’mod sproporzjonat mill-pandemija 9 . Għalkemm il-ħiliet huma essenzjali biex in-nies jiġu mgħammra għall-impjiegi ekoloġiċi u diġitali ġodda u jgħinu biex jipproteġu lill-ħaddiema mill-qgħad, inqas minn 40 % tal-adulti jipparteċipaw f’xi forma ta’ taħriġ kull sena u għad hemm wisq żgħażagħ li għandhom biss livell baxx ta’ ħiliet jew ma jilħqux livell ta’ edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell 10 . In-nisa li, fl-2018 xorta waħda qalgħu medja ta’ 14 % inqas mill-irġiel, għadhom iġorru r-responsabbiltà għall-attivitajiet ta’ kura fl-unità domestika u jsibu diffikultà biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, b’konsegwenzi wkoll fuq il-pensjonijiet tagħhom. Qabel il-pandemija, 91 miljun persuna kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali u 22,2 % tat-tfal kienu jgħixu f’familji foqra. Madwar 700 000 persuna huma stmati li jorqdu fit-toroq madwar l-Ewropa fi kwalunkwe lejl partikolari.

Minħabba l-qgħad u l-inugwaljanzi li mistennija jiżdiedu bħala riżultat tal-pandemija, l-iffukar tal-isforzi ta’ politika tagħna fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid u t-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni huwa għalhekk essenzjali biex nimmiraw ir-riżorsi tagħna fejn huma l-aktar meħtieġa.

Il-Kummissjoni tipproponi tliet miri ewlenin tal-UE li għandhom jintlaħqu sal-aħħar ta’ dan id-deċennju fl-oqsma tal-impjiegi, il-ħiliet u l-protezzjoni soċjali, b’mod konsistenti mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU 11 . Flimkien mal-objettivi mnaqqxa fil-prinċipji tal-Pilastru u l-appoġġ finanzjarju tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 12 u n-NextGenerationEU 13 , il-miri se jiggwidaw l-isforzi konġunti tagħna lejn Ewropa Soċjali b’saħħitha u sabiex jintlaħaq impatt sostenibbli. Filwaqt li jikkumplimentaw l-għanijiet politiċi kuraġġużi tal-UE stabbiliti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-miri soċjali se jgħinu biex jiffukaw l-isforzi ta’ politika biex jintlaħqu r-riżultati u jikkostitwixxu inċentiv importanti għar-riforma u l-investiment fl-Istati Membri. Dawn jistgħu jiggwidaw id-deċiżjonijiet ta’ politika fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, inkluż fil-kuntest ta’ pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti 14 , u fil-kuntest tal-programmazzjoni tal-fondi tal-Politika ta’ koeżjoni 2021-2027. Dawn se jippermettu wkoll li jitkejjel u li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-ambizzjonijiet u l-impenn politiku tal-Pilastru.

Filwaqt li l-maġġoranza tal-istrumenti biex jinkisbu huma l-kompetenza tal-Istati Membri, il-miri tal-UE jirriflettu ambizzjoni komuni sal-2030 li għaliha dan il-Pjan ta’ Azzjoni joffri kontribut importanti.

ØMill-inqas 78 % tal-popolazzjoni fl-età ta’ bejn l-20 u l-64 sena jenħtieġ li tkun f’impjieg sal-2030

B’rata ta’ impjieg fl-UE ta’ 73,1 % fl-2019, il-mira tar-rata ta’ impjieg tal-Ewropa għall-2020 ta’ 75 % kważi intlaħqet. Minkejja l-aħjar sforzi tal-UE, il-kriżi tal-COVID-19 waqqfet il-progress pożittiv fl-impjiegi li ilu għaddej 6 snin, b’rata ta’ impjieg ta’ 78,3 % għall-irġiel u ta’ 66,6 % għan-nisa sat-tielet kwart tal-2020. Bl-istabbiliment ta’ mira ewlenija ġdida għall-2030, l-UE tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għal rata ta’ impjieg għolja inklużiva. Sabiex jintlaħaq dan l-għan ġenerali, l-Ewropa trid tagħmel ħilitha biex:

·tal-inqas tnaqqas bin-nofs id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi meta mqabbla mal-2019. Dan se jkun ta’ importanza kbira biex isir progress fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex tintlaħaq il-mira dwar l-okkupazzjoni għall-popolazzjoni kollha fl-età tax-xogħol.

·iżżid l-għoti ta’ edukazzjoni u kura bikrija formali tat-tfal (ECEC), u b’hekk tikkontribwixxi għal rikonċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja professjonali u dik privata u tappoġġa parteċipazzjoni tan-nisa aktar b’saħħitha fis-suq tax-xogħol.

·tnaqqas ir-rata ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) li għandhom bejn 15-29 u 12,6 % (2019) għal 9 %, jiġifieri billi ttejjeb il-prospetti ta’ impjieg tagħhom.

L-iżgurar li gruppi oħra li mhumiex rappreżentati biżżejjed – eż. persuni akbar fl-età, ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, persuni b’diżabilità, dawk li jgħixu f’żoni rurali u remoti, persuni LGBTIQ, il-persuni Rom u minoranzi etniċi jew razzjali oħra b’mod partikolari f’riskju ta’ esklużjoni jew diskriminazzjoni kif ukoll dawk bi sfond ta’ migrazzjoni – jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol sal-massimu tal-kapaċità tagħhom se jikkontribwixxi wkoll għal tkabbir tal-impjiegi aktar inklużiv. In-nies li bħalissa huma skoraġġuti milli jfittxu impjieg b’mod attiv iridu jiġu mħeġġa jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol biex dan jerġa’ lura malajr.

Peress li l-ħajjiet tax-xogħol huma estiżi madwar l-UE minħabba t-tixjiħ u r-riformi tal-politika, il-kunċett statistiku attwali ta’ “popolazzjoni fl-età tax-xogħol” minn 20 għal 64 jirrikjedi li jiġi eżaminat. Il-Kummissjoni se twettaq ħidma analitika u statistika f’kooperazzjoni mal-Istati Membri bl-għan li jiġi aġġustat l-indikatur attwali fl-okkażjoni tar-rieżami ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni.

ØMill-inqas 60 % tal-adulti kollha jenħtieġ li jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena

Fil-kuntest tal-irkupru u tat-tranżizzjonijiet doppji, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ għal 60 % hija fundamentali biex titjieb l-impjegabbiltà, tingħata spinta lill-innovazzjoni, tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali u titnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet diġitali. Madankollu, sal-2016, 37 % biss tal-adulti kienu qed jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ tagħlim kull sena. Għall-adulti bi kwalifiki baxxi, din ir-rata laħqet biss it-18 %. Fattur ewlieni ta’ suċċess biex jiġi żgurat li l-adulti jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid aktar tard fil-ħajja huwa pedament b’saħħtu tal-ħiliet bażiċi u trasversali li jinkisbu fl-edukazzjoni u fit-taħriġ inizjali, b’mod partikolari fost gruppi żvantaġġati. Fl-2019, 10,2 % taż-żgħażagħ ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ b’massimu ta’ edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell u ma baqgħux involuti f’attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ. Dawn iċ-ċifri jirriskjaw li jaggravaw bħala riżultat tal-kriżi attwali. Għalhekk iridu jissaħħu l-isforzi biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ u biex jittejbu l-livelli ta’ kisba fl-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali. B’mod partikolari:

·mill-inqas 80 % ta’ dawk li għandhom bejn is-16-74 sena jenħtieġ li jkollhom ħiliet diġitali bażiċi, prekundizzjoni għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà f’Ewropa diġitalment trasformata. 

·it-tluq bikri mill-iskola jenħtieġ li jkompli jitnaqqas u l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell jenħtieġ li tiżdied.

Dawn il-miri jibnu fuq dawk stabbiliti fl-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa 15 , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali 16 , u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 17 .

ØL-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali jenħtieġ li jitnaqqas b’mill-inqas 15-il miljun sal-2030

Il-faqar u l-esklużjoni soċjali naqsu fl-UE fl-aħħar għaxar snin. Fl-2019, madwar 91 miljun persuna (li minnhom 17,9 miljun kienu tfal ta’ bejn 0 u 17-il sena) kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-UE, kważi 12-il miljun inqas mill-2008, u madwar 17-il miljun inqas mill-ogħla livell fl-2012. Madankollu, il-mira soċjali ambizzjuża tal-Ewropa għall-2020 ta’ tnaqqis ta’ 20 miljun ma ntlaħqitx. Il-pandemija tal-COVID-19 hija mistennija li taggrava s-sitwazzjoni, billi twassal għal livelli ogħla ta’ nuqqas ta’ sigurtà finanzjarja, faqar u inugwaljanza fl-introjtu fuq perjodu ta’ żmien qasir. Minn 15-il miljun persuna biex jinħarġu mill-faqar jew mill-esklużjoni soċjali, mill-inqas 5 miljuni jenħtieġ li jkunu tfal. L-enfasi fuq it-tfal se tippermetti mhux biss li dawn jingħataw aċċess għal opportunitajiet ġodda iżda se tikkontribwixxi wkoll biex jitkisser iċ-ċiklu interġenerazzjonali tal-faqar, filwaqt li tipprevjeni li jsiru adulti f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali u b’hekk tipproduċi effetti sistemiċi fit-tul.

Dawn it-tliet miri ewlenin tal-2030 huma meqjusin ambizzjużi u realistiċi fl-istess ħin. Għalkemm il-livell ta’ inċertezza marbut mal-pandemija u l-konsegwenzi tagħha fuq is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna ma jippermettix li tiġi prevista bis-sħiħ il-progressjoni mistennija fis-snin li ġejjin, il-miri proposti jirriflettu l-aktar previżjonijiet ekonomiċi riċenti, l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 kif rifless mill-aktar data riċenti disponibbli u mill-esperjenzi tal-passat (jiġifieri l-evoluzzjoni wara l-kriżi finanzjarja) 18 .

L-isforz biex dawn jinkisbu huwa meħtieġ biex l-Ewropa żżomm it-tmexxija tagħha f’termini tal-promozzjoni tal-benesseri tan-nies. Għalkemm il-progress x’aktarx li jvarja matul il-perjodu sal-2030 u bejn l-Istati Membri, dawn jistgħu jintlaħqu jekk, b’kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni tal-bidu ta’ kull pajjiż, l-Istati Membri kollha jingħaqdu fi sforz komuni u jieħdu azzjoni biex iwettquhom bil-għan li jrawmu l-konverġenza u l-benesseri ’l fuq. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill Ewropew biex japprova dawn it-tliet miri. Din tistieden ukoll lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-miri nazzjonali tagħhom stess, bħala kontribut għal dan l-isforz komuni. 

Dawn il-miri l-ġodda se jiġu appoġġati b’reviżjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali. It-Tabella ta’ Valutazzjoni riveduta se ssegwi x-xejriet u l-prestazzjonijiet tal-Istati Membri, u b’hekk tippermetti lill-Kummissjoni timmonitorja l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali bħala parti mill-qafas ta’ koordinazzjoni tal-politika stabbilit sew fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

3.L-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali

Mill-proklamazzjoni tal-Pilastru Soċjali fis-Summit ta’ Gothenburg fl-2017, diġà ġew adottati 19 miżuri sinifikanti fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali jew lokali bl-appoġġ tal-fondi tal-UE, l-appoġġ tekniku u l-gwida permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UE 20 . Issa wasal iż-żmien li jsir sforz konġunt – bl-involviment tal-livelli kollha ta’ governanza, tas-sħab soċjali u ta’ atturi oħra – biex jiġu implimentati bis-sħiħ il-prinċipji tal-Pilastru Soċjali. It-taqsimiet li ġejjin jikkonċentraw fuq oqsma fejn hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni, mhux biss fil-kuntest attwali tal-irkupru iżda wkoll fit-tul, sabiex tinbena Ewropa Soċjali aktar b’saħħitha sal-2030 għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha.

3.1Aktar impjiegi u impjiegi aħjar

Il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjieg fl-ekonomija reali

Illum, il-preservazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda huma prijorità għall-UE. Il-fatt li wieħed ikollu impjieg ta’ kwalità huwa sors ewlieni ta’ dħul, skop, u sodisfazzjon, u huwa essenzjali għall-inklużjoni soċjali u għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Bejn l-2014 u l-2019 żdiedu aktar minn 14,5 miljun impjieg fl-ekonomija tal-UE. Madankollu, il-kriżi tal-coronavirus waqqfet din ix-xejra, u ħafna Ewropej raw il-prospetti tagħhom tal-għajxien u tal-impjieg f’riskju. 

Fir-rispons immedjat għall-kriżi, il-miżuri tal-UE u dawk nazzjonali kienu kapaċi, fil-biċċa l-kbira, itaffu l-impatt negattiv. L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar kienu effettivi fil-preservazzjoni tal-impjiegi fil-kuntest tal-pandemija u jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ fejn meħtieġ. L-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) 21 jsegwi l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni, bħala għodda biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħna matul xokkijiet esterni. Dan jipprovdi self biex jiġu ffinanzjati skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, b’mod partikolari għal dawk li jaħdmu għal rashom. Għall-ewwel darba, l-UE ħarġet Bonds Soċjali tal-UE biex tiffinanzja dan is-self, u kkontribwixxiet ukoll għall-iżvilupp tal-finanzjament soċjali fl-Ewropa. Sa tmiem l-2020, ġie approvat total ta’ EUR 90,3 biljun f’appoġġ finanzjarju taħt l-istrument, biex jgħin lil 18-il Stat Membru. Sal-bidu ta’ Frar 2021, 15-il pajjiż tal-UE rċevew madwar EUR 53,5 biljun, taħt SURE, b’aktar ’il quddiem. Aħna se nevalwaw bir-reqqa l-esperjenza ta’ suċċess ta’ SURE fis-snin li ġejjin.

Madankollu, hekk kif l-Ewropa timxi mir-rispons għall-kriżijiet għall-irkupru, huwa meħtieġ appoġġ li jħares ’il quddiem għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u għall-impjiegi sabiex tinbena triq sostenibbli lejn il-mira dwar l-okkupazzjoni tal-2030 ta’ 78 %. Minħabba l-pandemija, ħafna setturi x’aktarx li ma jirkuprawx kompletament għal xi żmien, u ħafna kumpaniji se joħorġu minn din il-kriżi fi stat ta’ diffikultà finanzjarja. Ir-restawr u l-promozzjoni ta’ suq uniku li jiffunzjona bis-sħiħ huma essenzjali biex jiġi appoġġat l-irkupru u jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi fl-ekosistemi ekonomiċi kollha. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ approċċ strateġiku biex gradwalment issir tranżizzjoni minn miżuri ta’ emerġenza għal dawk li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru. L-investiment fin-nies huwa essenzjali biex jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet professjonali lejn is-setturi ekoloġiċi u diġitali, u biex jiġi appoġġat ir-ristrutturar f’setturi li l-aktar li ntlaqtu mill-pandemija. Soluzzjonijiet ta’ politika ġodda jenħtieġ li jinkludu sett koerenti ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, inkluż inċentivi temporanji ta’ għar-reklutaġġ u għat-tranżizzjoni, politiki dwar il-ħiliet u servizzi tal-impjiegi mtejba, bl-użu sħiħ tal-fondi disponibbli tal-UE. Il-miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju, appoġġ għall-apprendistati u għall-pjanijiet ta’ intraprenditorija jew ta’ impjieg mill-ġdid imfassla biex jappoġġaw lill-ħaddiema f’riskju ta’ qgħad. L-investiment fil-ħiliet meħtieġa f’setturi emerġenti jenħtieġ li jingħata prijorità biex jipprovdi perspettivi reali tal-impjieg lill-ħaddiema f’riskju ta’ sensja jew li diġà huma qiegħda. Biex tappoġġa rkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi fl-Istati Membri wara l-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni tippreżenta, flimkien ma’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Appoġġ Attiv Effettiv għall-Impjiegi (EASE) 22 li tipprovdi gwida dwar il-kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ politika u finanzjament disponibbli biex jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi u t-tranżizzjonijiet professjonali lejn setturi li qed jespandu, b’mod partikolari dawk diġitali u ekoloġiċi.

F’dan il-proċess ta’ bidla, il-kooperazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi u d-djalogu bejn is-sħab soċjali huma essenzjali biex jitrawwem ristrutturar soċjalment responsabbli 23 . Id-djalogu soċjali, l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom f’livelli differenti (inkluż fil-livell tal-kumpaniji u dak settorjali) għandhom rwol importanti fit-tiswir tat-tranżizzjonijiet ekonomiċi u fit-trawwim tal-innovazzjoni fil-post tax-xogħol, b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjonijiet doppji kontinwi u l-bidliet fid-dinja tax-xogħol. Fil-livell tal-UE, qafas komprensiv ta’ Direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak transnazzjonali 24 , jistabbilixxi regoli biex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema fil-proċessi ta’ ristrutturar. L-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali jridu jaderixxu ma’ dawn ir-regoli. Jistgħu jiġu previsti modalitajiet speċifiċi biex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn id-direttivi. L-investiment fil-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), inkluż permezz ta’ miżuri eliġibbli taħt l-RRF u l-Fondi ta’ Koeżjoni, jista’ jżid il-kapaċità tagħhom li jiffaċċjaw livelli ogħla ta’ qgħad wara l-pandemija, u li jappoġġaw fluss dejjem akbar ta’ ħaddiema bejn is-setturi.

Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ u lill-persuni b’ħiliet baxxi, li huma aktar vulnerabbli għall-fluttwazzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Dawn jeħtieġu appoġġ addizzjonali għax: ħafna ħadmu fis-setturi li l-aktar intlaqtu mill-pandemija bħat-turiżmu; oħrajn, li temmew l-istudji tagħhom, kellhom inqas opportunitajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol għall-ewwel darba; u oħrajn kellhom jinterrompu l-edukazzjoni jew it-taħriġ tagħhom u ma setgħux jiksbu l-kwalifiki tagħhom kif ippjanat. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ 25 msaħħa tipprovdi gwida lejn integrazzjoni stabbli fis-suq tax-xogħol b’enfasi fuq impjiegi ta’ kwalità. Din se tkun appoġġata minn NextGenerationEU u mill-QFP, prinċipalment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) b’appoġġ mill-RRF għal miżuri eliġibbli. Il-Kummissjoni ttenni s-sejħa tagħha lill-Istati Membri biex jiddedikaw mill-inqas EUR 22 biljun għall-appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ 26 . It-traineeships jew l-internships jippermettu li tinkiseb esperjenza prattika u diretta. Dawn qed jiffaċilitaw b’mod utli l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol. Madankollu, dan l-għan jista’ jinkiseb biss jekk it-traineeships ikunu ta’ kwalità tajba u japplikaw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.

L-appoġġ għall-impjiegi u l-ħaddiema ma jistax ikun ta’ suċċess mingħajr l-appoġġ għall-kumpaniji u għall-imprendituri. Industrija vibranti tibqa’ essenzjali għall-prosperità futura tal-Ewropa u sors ewlieni ta’ impjiegi ġodda.  L-industrija Ewropea timpjega madwar 35 miljun persuna, b’ħafna miljuni ta’ impjiegi oħra relatati magħha. Bl-Istrateġija Industrijali Ġdida 27 tagħha u bil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 28 , imnedija f’Marzu 2020, il-Kummissjoni stabbiliet il-pedamenti għal politika industrijali li tistimula ekosistemi industrijali innovattivi u kompetittivi. L-ambizzjonijiet tagħna ma nbidlux u għandna naċċeleraw l-irkupru. L-istrateġija se tiġi aġġornata biex tkompli tiżgura l-vantaġġ kompetittiv u r-reżiljenza tal-Ewropa sabiex l-industrija tkun tista’ tixpruna t-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. 

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) wkoll għandhom rwol ewlieni fl-irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi 29 . Eżatt qabel il-pandemija, 50 % tal-SMEs b’mill-inqas 10 impjegati kienu żiedu l-impjieg tagħhom fit-tliet snin preċedenti u 44 % tal-SMEs kellhom pjanijiet li jżidu n-numru ta’ impjegati tagħhom. Dawk li innovaw ruħhom kellhom probabbiltà akbar li jżidu l-impjiegi tagħhom meta mqabbla ma’ dawk li ma kinux. Is-settur tas-servizzi waħdu, iddominat ħafna mill-SMEs, jammonta għal madwar 70 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE u l-impjiegi, fejn joħloq ħafna mill-impjiegi l-ġodda. Eżempju ta’ dan huwa s-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali, li l-potenzjal ta’ tkabbir tiegħu huwa stmat għal 8 miljun opportunità ta’ impjieg fl-10 snin li ġejjin. In-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’din il-forza tax-xogħol u jipprovdu kura kemm formali kif ukoll informali (u mhux imħallsa). Dawk partikolarment milqutin mill-pandemija, in-negozji ż-żgħar u dawk li jaħdmu għal rashom iffaċċjaw diffikultajiet severi biex jibqgħu għaddejjin. Appoġġ imsaħħaħ għall-SMEs u għall-intraprenditorija, inkluż l-intraprenditorija tan-nisa, huwa għalhekk importanti ħafna biex jgħinhom jibnu mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom u biex jistimula lin-negozji ġodda innovattivi biex jiffjorixxu matul l-irkupru tal-UE.

Se jirriżultaw ukoll opportunitajiet ġodda mill-ekonomija soċjali, u dan joħloq impjiegi filwaqt li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin f’firxa wiesgħa ta’ setturi, ħafna drabi permezz tal-innovazzjoni soċjali. L-impjiegi mħallsa fl-ekonomija soċjali jvarjaw minn inqas minn 1 % sa 10 % tal-forza tax-xogħol totali madwar l-Istati Membri, u dan jiżvela potenzjal ekonomiku kbir mhux sfruttat.

Il-Kummissjoni se:

·Tagħmel rieżami fl-2022, tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

·Filwaqt li tibni fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija industrijali tal-2020 u fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, taġġorna l-Istrateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa fil-Q2 tal-2021.

·Tadotta Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali fil-Q4 tal-2021, u tisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija soċjali biex toħloq impjiegi ta’ kwalità u tikkontribwixxi għal tkabbir ġust, sostenibbli u inklużiv.

·Tevalwa l-esperjenza tal-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) 

Il-Kummissjoni tħeġġeġ: 

·Lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw pakketti koerenti ta’ miżuri li jippromwovu Appoġġ Attiv Effettiv għall-Impjiegi (EASE) wara l-kriżi tal-COVID-19, billi jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-UE disponibbli għal dan il-għan.

·Lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa b’enfasi partikolari fuq offerti ta’ kwalità li jappoġġaw integrazzjoni stabbli fis-suq tax-xogħol, bl-użu tal-appoġġ finanzjarju tal-UE.

·Lill-awtoritajiet nazzjonali u lis-sħab soċjali biex jiżguraw l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema matul il-proċessi ta’ ristrutturar kif meħtieġ mir-regoli tal-UE u biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-kumpaniji bl-għan li jrawmu l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol;

·Lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jappoġġaw l-intraprenditorija, inkluż l-intraprenditorija tan-nisa, u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ ambjent abilitanti għad-diġitalizzazzjoni, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-SMEs.

·Lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, flimkien mal-industrija, inkluż l-SMEs, is-sħab soċjali u r-riċerkaturi, biex jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-ekosistemi industrijali – b’enfasi fuq il-kollaborazzjoni transfruntiera u bejn l-ekosistemi, inkluż permezz tal-Forum Industrijali 30 .

L-istandards tax-xogħol isiru adattati għall-futur tax-xogħol

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-UE huma fost l-aħjar fid-dinja. Il-liġi tal-UE tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u t-trattament indaqs tal-persuni irrispettivament mis-sess, l-oriġini etnika jew razzjali, id-diżabilità, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Din tiggarantixxi wkoll trattament indaqs tal-ħaddiema mobbli, biċ-ċittadini f’aċċess għall-impjiegi, għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u għall-vantaġġi soċjali u fiskali l-oħrajn kollha. Madankollu, id-dinja tax-xogħol qed tinbidel b’mod permanenti, b’mod partikolari minħabba d-diġitalizzazzjoni. Qed ifeġġu forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol u ta’ relazzjonijiet fir-rigward tal-impjiegi u dawn qed iġibu magħhom opportunitajiet u sfidi ġodda. L-ilħuq ta’ impjieg sħiħ se jirrikjedi mhux biss żieda sinifikanti fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol iżda wkoll kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati li jkunu l-bażi ta’ impjiegi ta’ kwalità, li hija responsabbiltà ewlenija tal-impjegaturi. It-tassazzjoni jenħtieġ li tiġi ttrasferita lil hinn mix-xogħol għal sorsi oħra li jappoġġaw aktar l-impjiegi u f’konformità mal-objettivi klimatiċi u ambjentali, filwaqt li jiġi protett id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata.

L-ewwel sfida li għandha tiġi indirizzata hija l-faqar u l-inugwaljanza fost dawk li jaħdmu. Is-swieq tax-xogħol tal-UE qed jiffaċċjaw sehem dejjem akbar ta’ okkupazzjonijiet b’paga baxxa u b’livell baxx ta’ ħiliet, u l-erożjoni tal-istrutturi ta’ negozjar kollettiv tradizzjonali f’xi pajjiżi. Biex timmonitorja dawn ix-xejriet, il-Eurofound se tkompli tipprovdi evidenza dwar l-evoluzzjoni tar-relazzjonijiet industrijali u tal-pagi madwar l-UE, inkluż pagi li jiggarantixxu l-għajxien u r-remunerazzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom.

L-iżgurar li l-impjiegi jħallsu paga adegwata huwa essenzjali biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien adegwati għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom, kif ukoll biex jinbnew ekonomiji ġusti u reżiljenti u biex jiġi appoġġat it-tkabbir inklużiv. Sabiex jiġu żgurati standards minimi madwar l-UE dwar pagi minimi adegwati filwaqt li jiġi appoġġat in-negozjar kollettiv, f’Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva dwar pagi minimi adegwati 31 , b’rispett sħiħ tat-tradizzjonijiet nazzjonali u tal-awtonomija tas-sħab soċjali.

Xejra emerġenti importanti oħra hija n-nuqqas ta’ ċarezza tal-linji tradizzjonali bejn ħaddiem u persuna li taħdem għal rasha, u eteroġeneità dejjem akbar fost dawk li jaħdmu għal rashom. Eżempju partikolari hija l-feġġa ta’ persuni vulnerabbli li jaħdmu għal rashom permezz ta’ pjattaformi u li qed jaħdmu f’kundizzjonijiet prekarji. Il-pandemija enfasizzat dan għall-ħaddiema tal-konsenji, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-protezzjoni soċjali, u r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tiġbor evidenza dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi b’mod partikolari. F’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE, fi Frar 2021, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mas-sħab soċjali dwar id-direzzjoni possibbli tal-azzjoni tal-UE 32 . F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni nediet ukoll inizjattiva 33 biex tiżgura li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE ma jmurx kontra t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta’ ftehimiet kollettivi għal dawk li jaħdmu għal rashom li għandhom bżonnu.

Id-diġitalizzazzjoni aċċellerata tal-postijiet tax-xogħol tixħet ukoll dawl fuq kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza, l-użu tad-data, u l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni algoritmiċi. Sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali (IA) spiss jiġu applikati biex jiggwidaw ir-reklutaġġ, jimmonitorjaw it-tagħbijiet tax-xogħol, jiddefinixxu r-rati ta’ rimunerazzjoni, jimmaniġġjaw il-karrieri jew iżidu l-effiċjenza tal-proċessi u meta jitwettqu kompiti ta’ esponiment għoli. L-indirizzar tal-isfidi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet bl-użu ta’ algoritmi, b’mod partikolari r-riskji ta’ deċiżjonijiet preġudikati, id-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza, jista’ jtejjeb il-fiduċja fis-sistemi li jaħdmu bl-IA, jippromwovi l-adozzjoni tagħhom u jipproteġi d-drittijiet fundamentali.

It-telexogħol sar in-norma għal ħafna minħabba l-pandemija, u x’aktarx li jibqa’ komuni fit-tul. Il-fatt li wieħed ikun jista’ jaħdem minn kwalunkwe post fi kwalunkwe ħin kien kruċjali għall-kontinwità tan-negozju. It-telexogħol joffri opportunitajiet għal sinerġiji u effiċjenzi fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata: tnaqqis fl-ivvjaġġar u fl-għeja, kif ukoll organizzazzjoni aktar flessibbli tal-ħajja professjonali u privata jistgħu jwasslu għal żidiet fil-produttività u għal impatt ekoloġiku pożittiv. Fl-istess ħin, it-telexogħol ġeneralizzat iqajjem il-ħtieġa li ssir riflessjoni, pereżempju, fuq il-limiti tal-ħin tax-xogħol kuntrattwali, u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.

Iż-żewġ żviluppi – id-diġitalizzazzjoni u t-telexogħol – jistħoqqilhom dibattitu ta’ orjentazzjoni wiesa’ mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b’mod partikolari s-sħab soċjali. F’Ġunju 2020, is-sħab soċjali transindustrijali ffirmaw Ftehim Qafas Awtonomu dwar id-Diġitalizzazzjoni, inkluż taqsima dwar il-modalitajiet ta’ konnessjoni u ta’ skonnessjoni 34 . Fil-21 ta’ Jannar 2021, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni bbażata fuq ir-rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja dwar id-dritt għall-iskonnessjoni 35 . Ir-riżoluzzjoni tistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal direttiva dwar standards u kundizzjonijiet minimi biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-iskonnessjoni. Ir-Riżoluzzjoni tenfasizza wkoll ir-rwol fundamentali li s-sħab soċjali għandhom fl-identifikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri fir-rigward tad-dritt għall-iskonnessjoni u fis-sejbien tal-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħsad tal-opportunitajiet li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni għall-post tax-xogħol u l-indirizzar tal-isfidi li jippreżentaw. Għal dan il-għan, bħala l-ewwel pass, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tirrakkomanda li s-sħab soċjali jieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni f’qafas ta’ żmien ta’ 3 snin.

Kif imsemmi fil-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni hija impenjata li twieġeb għar-riżoluzzjonijiet fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew abbażi tal-Artikolu 225 tat-TFUE b’att leġiżlattiv, b’rispett sħiħ tal-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà u tat-tfassil aħjar tal-liġijiet. Kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni għal att leġiżlattiv relatata mad-dritt għall-iskonnessjoni trid tkun soġġetta skont l-Artikolu 154 tat-TFUE għal konsultazzjoni mas-sħab soċjali tal-UE, li jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu permezz ta’ ftehimiet.

Il-Kummissjoni tistieden lis-sħab soċjali biex isibu soluzzjonijiet miftiehma b’mod komuni biex jindirizzaw l-isfidi mqajma mit-telexogħol, mid-diġitalizzazzjoni u mid-dritt għall-iskonnessjoni. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-prattiki u r-regoli eżistenti relatati mad-dritt għall-iskonnessjoni u se tappoġġa b’mod proattiv lis-sħab soċjali fl-isforzi tagħhom, fejn se tiffaċilita d-diskussjonijiet u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni futur tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol 36 se jipprovdi wkoll opportunità biex jiġu riflessi aktar l-implikazzjonijiet tax-xogħol mill-bogħod fuq il-ħin tax-xogħol.

Il-Kummissjoni se: 

·Tippreżenta fil-Q4 tal-2021 proposta leġiżlattiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi. wara l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali.

·Tressaq inizjattiva fil-Q4 tal-2021 biex tiżgura li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE ma jxekkilx il-ftehimiet kollettivi għal (xi) persuni li jaħdmu għal rashom.

·Wara l-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, tipproponi regolament tal-UE dwar l-IA fil-Q2 tal-2021, għall-adottar ta’ użu affidabbli tal-IA fl-ekonomija tal-UE, inkluż fuq il-post tax-xogħol għall-forom kollha ta’ xogħol. 

·Tippreżenta fl-2022 rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol.

·Tiżgura segwitu xieraq għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni.

 
Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lis-sħab soċjali jsegwu l-Ftehim Qafas Awtonomu tagħhom dwar id-Diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet għall-konnessjoni u l-iskonnessjoni, u li jesploraw: 1) miżuri biex jiżguraw kundizzjonijiet ġusti tat-telexogħol u 2) miżuri biex jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkunu jistgħu jgawdu b’mod effettiv mid-dritt għall-iskonnessjoni.

Standards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol ġdida

It-titjib tal-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali mhuwiex biss essenzjali biex jiġu protetti s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema iżda huwa wkoll ta’ benefiċċju għall-produttività tax-xogħol, l-impjiegi u l-ekonomija b’mod ġenerali. Aċċidenti u mard relatati max-xogħol iwasslu għal telf annwali stmat ta’ madwar 3,3 % tal-PDG fl-UE. Matul l-aħħar għaxar snin, il-qafas u r-regoli tal-politika Ewropea dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) ikkontribwew għal titjib konsiderevoli fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Ir-rata ta’ inċidenza ta’ aċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol naqset bi kważi 30 %.

Huwa meħtieġ aġġornament tal-qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali minħabba l-bidliet teknoloġiċi u soċjetali rapidi. Il-pandemija enfasizzat li miżuri adegwati tas-saħħa u s-sikurezza huma indispensabbli. L-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni qed tittrasforma l-kunċett stess ta’ ambjent tax-xogħol, in-natura u l-kontenut tax-xogħol imwettaq, l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol u r-relazzjonijiet tal-post tax-xogħol. F’dan il-kuntest, il-fatturi ta’ riskju psikosoċjali u organizzazzjonali jistgħu jwasslu għal livelli ogħla ta’ stress relatat max-xogħol, saħħa mentali ħażina kif ukoll għal riskji ergonomiċi u ta’ sikurezza. Dan huwa partikolarment ta’ sfida għall-mikrointrapriżi u għall-SMEs.

L-assigurazzjoni ta’ ambjenti tax-xogħol ħielsa mill-periklu u sikuri hija għalhekk vitali biex tipproteġi lill-ħaddiema, iżżomm il-produttività, u tippermetti rkupru ekonomiku sostenibbli. Il-Qafas Strateġiku l-ġdid tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali se jistabbilixxi l-prinċipji u l-objettivi ewlenin għal azzjoni koordinata tal-Istati Membri, tas-sħab soċjali u ta’ partijiet ikkonċernati oħra biex jittejbu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

Il-Kummissjoni se: 

·Tippreżenta fil-Q2 tal-2021 Qafas Strateġiku ġdid dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali għall-2021-27, biex jiġu aġġornati l-istandards ta’ protezzjoni għall-ħaddiema u jiġu indirizzati riskji tradizzjonali u ġodda relatati max-xogħol.

·Soġġett għar-riżultat tal-konsultazzjoni kontinwa tas-sħab soċjali, fl-2022 tippreżenta proposti legali biex ikomplu jnaqqsu l-esponiment tal-ħaddiema għal sustanzi kimiċi perikolużi inkluż l-asbestos 37 .

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-sħab soċjali jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli eżistenti.

Il-mobilità tal-forza tax-xogħol

Il-mobilità tinsab fil-qalba tal-proġett Ewropew. F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni pproponiet aġenda ambizzjuża għal mobilità ġusta tal-forza tax-xogħol. Din kienet tinkludi r-riforma tal-EURES 38 , ir-rieżami tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema 39 , ir-reviżjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali 40 , il-gwida tal-politika 41 u regoli soċjali ġodda għall-ħaddiema mobbli tat-trasport bit-triq (inkluż dwar l-istazzjonar tas-sewwieqa) 42 , il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) 43 . L-enfasi issa hija fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ ta’ dawn ir-regoli. Il-Kummissjoni, flimkien mal-ELA, se tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-ispettorati tax-xogħol, pereżempju permezz tal-bini tal-kapaċitajiet u l-għoti ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi meta wieħed jaħdem barra mill-pajjiż.

Il-pandemija tal-COVID-19 xeħtet dawl fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji ta’ ħafna ħaddiema mobbli, inkluż il-ħaddiema staġjonali. Il-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, filwaqt li l-mobilità tal-forza tax-xogħol tkun magħmula taħdem mingħajr xkiel għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet, huma kruċjali għal suq intern li jiffunzjona tajjeb. Il-Kummissjoni stabbiliet passi għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku, inkluż fil-kuntest tal-mobilità tal-forza tax-xogħol, fil-pjan ta’ azzjoni fit-tul tagħha 44 . Il-Kummissjoni adottat linji gwida dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema 45 u dwar il-ħaddiema staġjonali 46 fl-UE fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19. Bħala segwitu, qiegħda tinġabar evidenza dwar l-użu ta’ xogħol temporanju tal-aġenzija, b’mod partikolari fil-kuntest tax-xogħol transfruntier. Dan se jipprovdi l-bażi biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva jew azzjoni oħra fil-livell tal-UE, b’mod partikolari rieżami possibbli tad-Direttiva dwar ix-Xogħol Temporanju 47 .

Il-Kummissjoni se:

·Taħdem mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tar-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, dwar il-bini tal-kapaċità għall-informazzjoni u l-ispezzjonijiet tax-xogħol fil-livell nazzjonali, u dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mobbli, inklużi l-ħaddiema staġonali. Fl-2024, il-Kummissjoni se tevalwa l-prestazzjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-objettiv u l-kompiti tagħha u potenzjalment se tivvaluta mill-ġdid il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat tagħha.

 
Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jikkonkludu negozjati dwar ir-rieżami tar-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

·Lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-sħab soċjali jikkooperaw sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema mobbli, inkluż il-ħaddiema staġjonali.

3.2 Ħiliet u ugwaljanza

Investiment fil-ħiliet u fl-edukazzjoni biex jinfetħu opportunitajiet ġodda għal kulħadd

Forza tax-xogħol b’ħiliet hija l-mutur ta’ ekonomija ekoloġika u diġitali prosperuża, xprunata minn ideat u prodotti innovattivi, u minn żviluppi teknoloġiċi. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol ewlieni fl-istabbiliment tal-pedamenti għall-apprendiment tul il-ħajja, l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà. L-investiment fl-apprendiment jeħtieġ li jiġi segwit peress li kwalunkwe telf ta’ apprendiment se jkollu konsegwenzi negattivi fit-tul fuq il-produttività u t-tkabbir tal-PDG.

It-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jkomplu jamplifikaw il-ħtieġa għal investiment kontinwu fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. L-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, inkluż l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, jipprovdu l-pedamenti biex fuqhom jinbnew il-ħiliet bażiċi u trasversali meħtieġa f’soċjetajiet li jinbidlu malajr; dawn jiffurmaw ukoll il-bażi għal kwalunkwe apprendiment ulterjuri u żvilupp tal-ħiliet. Fattur importanti ta’ suċċess biex jiġi żgurat li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti lkoll ikollhom aċċess għal edukazzjoni u taħriġ moderni huwa li l-iskejjel u ċ-ċentri vokazzjonali u tat-taħriġ infushom jiġu modernizzati. Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tibda minn età bikrija. Il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 48 biex tgħin tintegra l-bijodiversità u l-ekosistemi fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Barra minn hekk, l-inizjattivi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku taħt l-RRF bħal “Enerġija aħjar”, “Rinnovazzjoni” u “Iċċarġjar u fjuwil mill-ġdid” se jappoġġaw l-akkwist ta’ ħiliet ekoloġiċi ġodda u se jiftħu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol relatati mat-teknoloġiji ekoloġiċi.

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali tal-2021-27 49 , inkluż iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Diġitali Ewropew, għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ ekosistema tal-edukazzjoni diġitali ta’ prestazzjoni għolja fl-Ewropa u li jsaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali biex tiġi indirizzata t-trasformazzjoni diġitali għal kulħadd. Dawn l-objettivi saru saħansitra aktar rilevanti bil-kriżi tal-COVID-19, meta tfal u żgħażagħ minn sfondi żvantaġġati kienu qed jiffaċċjaw ostakli kbar fl-aċċess għat-tagħlim online u biex ikomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ.

L-istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Għolja u edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) jiżguraw li l-forza tax-xogħol attwali u futura tagħna jkollha l-ħiliet xierqa u tkun tista’ tikkontribwixxi għall-irkupru. Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, l-Aġenda għall-Ħiliet tal-2020 50 , il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-VET għal kompetittività sostenibbli, ġustizzja soċjali u reżiljenza 51 jappoġġaw lill-Istati Membri fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi. Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka hija wkoll il-pedament biex l-Ewropa ssir kompetittiva u sostenibbli u biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet permezz tal-innovazzjoni 52 .

Sabiex tintlaħaq il-mira tal-ħiliet tal-2030 ta’ 60 % tal-adulti li jipparteċipaw fit-tagħlim kull sena, hemm bżonn ta’ investiment pubbliku u privat sostnut biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ persuni ta’ età lavorattiva għat-taħriġ. Il-finanzjament imsaħħaħ tal-UE jipprovdi opportunitajiet bla preċedent: il-FSE+ 53 , b’baġit ta’ EUR 88 biljun 54 , se jibqa’ sors ta’ finanzjament importanti għall-ħiliet, l-edukazzjoni u t-taħriġ; u l-Erasmus+ 55 , b’baġit iddedikat ta’ aktar minn EUR 26 biljun 56 , se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħiliet u għall-investimenti fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inklużi proġetti bħall-Universitajiet Ewropej u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali. L-Istati Membri se jibbenefikaw ukoll mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) li jappoġġa l-infrastruttura u t-tagħmir tat-taħriġ u mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 57 biex jistabbilixxu strateġiji inklużivi għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-adulti, biex ifasslu sistemi ta’ ċertifikazzjoni u validazzjoni kif ukoll biex irawmu l-kontinwità tat-tagħlim u l-mobilità għat-tagħlim fost il-fornituri tal-VET.

L-RRF, kif muri fil-komponent ewlieni ta’ “titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid” propost mill-Kummissjoni u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar Appoġġ Attiv Effettiv għall-Impjiegi (EASE) ippreżentata flimkien ma’ dan il-pjan ta’ azzjoni, tista’ tiffaċilita wkoll l-investiment u r-riformi f’dan il-qasam. Jeħtieġ ukoll li jiġu mħeġġin investimenti privati ġodda kemm minn kumpaniji kbar kif ukoll minn kumpaniji żgħar. Parti mill-Aġenda ġdida għall-Ħiliet, il-Patt għall-Ħiliet 58 li tnieda f’Novembru 2020 huwa mudell ta’ involviment kondiviż madwar ir-reġjuni, is-setturi u l-ktajjen tal-valur, għall-kumpaniji impenjati għall-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. Grupp ta’ esperti dwar l-investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ se jappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ finanzjament effiċjenti u effettiv.

L-għoti tas-setgħa lill-individwi biex jipparteċipaw fit-tagħlim tul ħajjithom u l-karrieri tagħhom jeħtieġ ukoll li l-politiki jinħasbu mill-ġdid. Kif stabbilit fl-Aġenda għall-Ħiliet tal-2020, l-intitolamenti fil-forma ta’ kontijiet individwali tal-apprendiment jistgħu jagħtu kontroll lill-Ewropej fil-karrieri tagħhom, filwaqt li jisfruttaw il-mezzi finanzjarji biex jipparteċipaw fit-taħriġ. Flimkien ma’ oqfsa ta’ kwalità mfassla tajjeb, kif ukoll gwida u validazzjoni tal-ħiliet, dawn jista’ jkollhom rwol importanti. Strumenti innovattivi bħall-mikrokredenzjali jistgħu jiffaċilitaw perkorsi ta’ tagħlim flessibbli u jappoġġaw lill-ħaddiema fuq l-impjieg tagħhom jew matul tranżizzjonijiet professjonali. Aktar enfasi fuq it-taħriġ fi ftehimiet kollettivi bejn is-sħab soċjali tista’ ttejjeb l-aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità fuq il-post tax-xogħol, inkluż għall-apprendistati.

L-irkupru tal-Ewropa jeħtieġ ukoll li jiġi attirat talent ġdid. Il-popolazzjoni tal-Ewropa li qed tixjieħ u li qed tonqos tpoġġi pressjoni strutturali fuq is-suq tax-xogħol, b’nuqqas ta’ ħiliet f’reġjuni u f’setturi differenti. Kif spjegat fil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 59 il-ġdid tagħha, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li l-qafas tal-migrazzjoni legali tal-UE jkun ta’ benefiċċju għas-soċjetajiet u għall-ekonomiji Ewropej, billi jattira t-talent u jiffaċilita l-ammissjoni ta’ ħaddiema ta’ livelli differenti ta’ ħiliet li teħtieġ l-UE u l-mobilità intra-UE ta’ ħaddiema barranin li diġà jinsabu fl-UE. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni jippromwovi fost affarijiet oħra opportunitajiet ta’ impjieg u rikonoxximent tal-ħiliet ta’ persuni bi sfond ta’ migrazzjoni 60 .

Il-Kummissjoni se:

·Tipproponi fil-Q4 tal-2021 Aġenda ta’ Trasformazzjoni għall-Edukazzjoni Għolja biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għal irkupru mmirat lejn tranżizzjoni sostenibbli, inklużiva, ekoloġika u diġitali.

· Tipproponi fil-Q4 tal-2021 inizjattiva dwar il-Kontijiet Individwali tal-Apprendiment biex jingħelbu l-ostakoli għall-aċċess għat-taħriġ u biex l-adulti jingħataw is-setgħa biex jimmaniġġjaw it-tranżizzjonijiet fil-karriera.

·Tipproponi fil-Q4 tal-2021 approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali biex jiġu ffaċilitati perkorsi ta’ tagħlim u tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol flessibbli.

·Tipproponi fil-Q4 tal-2021 pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti, inkluż rieżami tad-Direttiva dwar ir-Residenti fit-Tul (id-Direttiva 2003/109) biex jinħoloq status ta’ residenza għal żmien twil veru tal-UE, rieżami tad-Direttiva dwar il-Permess Uniku (id-Direttiva 2011/98) biex jiġi ssimplifikat u ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (inkluż il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni u residenza għal ħaddiema b’livell baxx u medju ta’ ħiliet), kif ukoll l-istabbiliment tal-għażliet għall-iżvilupp ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE għal ħaddiema barranin b’ħiliet.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Fl-ispirtu tal-Patt għall-Ħiliet, lil reġjuni u lil kumpaniji, inkluż SMEs, fi ħdan l-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur, sabiex jikkooperaw, jikkondividu informazzjoni u jiżviluppaw informazzjoni dwar il-ħiliet konġunta u soluzzjonijiet imfassla apposta għall-ħiliet.

·Lill-Istati Membri sabiex jaħdmu lejn l-implimentazzjoni tal-politika tal-VETu l-objettivi fil-livell tal-UE stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-VET, u jużaw azzjonijiet u investimenti rilevanti.

·Lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki komprensivi biex jipprovdu aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill 61 u jipprovdu appoġġ immirat lil studenti żvantaġġati biex jikkumpensa għall-impatt negattiv tal-kriżi.

Il-bini ta’ Unjoni ta’ ugwaljanza

Id-diversità fis-soċjetà u fl-ekonomija tagħna hija punt b’saħħtu.  Id-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali hija pprojbita fl-UE. It-trattament u l-aċċess ugwali jeħtieġu qafas legali effettiv, infurzat kif xieraq u aġġornat. Il-Kummissjoni qed tħejji r-rapport konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi 62 u d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali 63 biex tiddetermina l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi u l-isfidi ewlenin li ġejjin, u se tippreżenta kwalunkwe leġiżlazzjoni possibbli meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet. Il-Kummissjoni ressqet ukoll strateġiji ambizzjużi għal Unjoni ta’ Ugwaljanza, li magħhom se jinħolqu sinerġiji biex jingħataw opportunitajiet indaqs lil kulħadd 64 .

Il-ġlieda kontra l-isterjotipi u d-diskriminazzjoni fl-impjiegi, fit-taħriġ, fl-edukazzjoni, fil-protezzjoni soċjali, fl-akkomodazzjoni u fis-saħħa teħtieġ azzjoni determinata fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż mis-sħab soċjali, mill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza, mill-kumpaniji u mis-soċjetà ċivili. Dawn jistgħu jiġu appoġġati minn fondi tal-UE bħall-FSE+, il-FEŻR, Ewropa Kreattiva u Erasmus. B’baġit ġenerali ta’ EUR 1,55 biljun, il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri se jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-trattament indaqs u l-ugwaljanza tad-drittijiet ta’ kulħadd sabiex jippromwovi soċjetajiet aktar demokratiċi, diversi u miftuħa 65 .

Hemm bżonn partikolarment urġenti ta’ sforzi biex jiġu indirizzati l-isterjotipi u d-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess. Minkejja l-progress li sar fl-aħħar għaxar snin, ir-rata ta’ impjieg u l-livelli tal-pagi tan-nisa għadhom lura minn dawk tal-irġiel. In-nisa għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed serjament f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment f’funzjonijiet ta’ maniġment superjuri u f’bordijiet korporattivi. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025 66 , l-UE se tkompli tiġġieled il-vjolenza abbażi ta’ sess, tiġġieled kontra l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru, tippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u taħdem biex tnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, fil-pagi u l-pensjonijiet. Il-Kummissjoni se tkompli tinsisti għall-adozzjoni tal-proposta tal-2012 għal Direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet 67 . Flimkien ma’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi Direttiva biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ miżuri ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar 68 . Il-Kummissjoni se tidentifika wkoll l-aħjar prattiki fil-provvediment ta’ drittijiet tal-pensjoni għal waqfiet fil-karriera relatati ma’ kura, fi skemi tal-pensjoni u se tippromwovi l-iskambju ta’ prattiki fost l-Istati Membri, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati tal-pensjoni.

Politiki adegwati dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja privata. B’mod partikolari, l-għoti ta’ liv bi ħlas jista’ jkollu effett pożittiv fuq ir-rata ta’ impjieg, b’mod partikolari għan-nisa, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi. Il-livell u t-tfassil tal-benefiċċji tal-ġenituri, u l-possibbiltà li l-liv jinqasam b’mod ugwali bejn l-irġiel u n-nisa huma importanti wkoll f’dan il-kuntest. F’konformità mad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata 69 , l-UE se tkompli tippromwovi l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura u tax-xogħol.

Id-disponibbiltà ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC) affordabbli u ta’ kwalità għolja kif ukoll il-kura fit-tul ta’ kwalità tajba għandhom impatt pożittiv qawwi fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-ġenituri u b’mod partikolari tan-nisa u hija determinant importanti tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet. Bħala medja, l-UE laħqet il-mira ta’ Barċellona tal-2002 ta’ 33 % tat-tfal taħt l-età ta’ 3 snin fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (35,5 % fil-livell tal-EU-27 fl-2019) u l-mira ta’ 90 % tat-tfal mill-età ta’ 3 snin sal-età tal-iskola primarja (90 % fil-livell tal-EU-27 fl-2019). Għad hemm lakuni sinifikanti b’ħafna Stati Membri li ma laħqux dan il-livell, b’mod partikolari għal tfal minn familji bi dħul aktar baxx jew għall-grupp ta’ tfal tal-iżgħar età. Ir-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona se jkollha l-għan li trawwem il-konverġenza ’l fuq fl-Istati Membri, u b’hekk ittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

Il-persuni b’diżabilità jiffaċċjaw ostakli importanti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-impjieg, fil-protezzjoni soċjali, fl-akkomodazzjoni u fis-saħħa. L-evalwazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 70 turi li l-UE kkontribwiet b’mod sinifikanti biex ittejjeb l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u biex tippromwovi d-drittijiet tagħhom. Madankollu, f’oqsma bħas-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet, il-progress kien aktar limitat jew irregolari. Filwaqt li bniet fuq din l-evalwazzjoni, u biex tkompli żżid l-opportunitajiet indaqs fl-UE, il-Kummissjoni adottat flimkien ma’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, Strateġija ġdida dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità għall-perjodu 2021-2030 71 , f’konformità mal-objettivi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.

Il-Kummissjoni se:

·Tippubblika fil-Q1 tal-2021 rapport konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi u d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u se tippreżenta, sal-2022, kwalunkwe leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, b’mod partikolari biex jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi tal-ugwaljanza.

·Tippreżenta fl-2022 rieżami tal-miri ta’ Barċellona dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal.

·Tipproponi fil-Q4 tal-2021 leġiżlazzjoni biex tiġġieled il-vjolenza abbażi ta’ sess kontra n-nisa, inkluż fastidju fuq ix-xogħol fuq bażi ta’ sess.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri javvanzaw u jikkonkludu n-negozjati fil-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva orizzontali dwar it-Trattament Indaqs 72 .

·Lill-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom 73 .

·Lill-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata sa Awwissu 2022.

·Lill-Istati Membri biex javvanzaw u jikkonkludu n-negozjati fil-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet.

·Lill-Istati Membri biex jipprovdu edukazzjoni u kura aċċessibbli u affordabbli lit-tfal żgħar kollha madwar l-Ewropa f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal 74 .

·Lill-kumpaniji jistabbilixxu mekkaniżmi biex jiġġieldu prattiki diskriminatorji fir-reklutaġġ, fl-għażla u fil-promozzjoni, u jippromwovu d-diversità fuq il-post tax-xogħol.  

3.3Protezzjoni u inklużjoni soċjali

Għajxien b’dinjità

It-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar huma valuri ewlenin tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna. Filwaqt li l-livelli tal-faqar kienu qed jonqsu fl-aħħar għaxar snin, l-inugwaljanzi ma segwewx l-istess xejra. Is-sitwazzjoni tad-dħul relattiv tal-aktar persuni vulnerabbli ma ttejbitx. Il-pandemija aggravat l-inugwaljanzi eżistenti, filwaqt li indikat lakuni possibbli fl-adegwatezza u l-kopertura tal-protezzjoni soċjali. Sabiex sal-2030 tintlaħaq il-mira li jitnaqqas in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 15-il miljun, approċċ integrat huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fl-istadji kollha tal-ħajja u jiġu mmirati l-kawżi ewlenin tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

It-tkissir taċ-ċikli ta’ żvantaġġ interġenerazzjonali jibda bl-investiment fit-tfal biex jitnaqqas id-distakk bejn it-tfal fil-bżonn u l-pari tagħhom li jinsabu f’sitwazzjoni aħjar fir-rigward tal-aċċess għal servizzi ewlenin, biex jitrawmu opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha fl-UE, u jiġi evitat li t-tfal f’familji foqra jsiru adulti f’riskju ta’ faqar. Għal dan il-għan, huma meħtieġa miżuri u investimenti nazzjonali mmirati biex jiġu indirizzati l-faqar, l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali tat-tfal. Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri f’dawn l-isforzi permezz ta’ gwida tal-politika, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati, biex jissaħħu l-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali, isir investiment fis-servizzi soċjali u fl-infrastruttura soċjali, u jsir l-aħjar użu mill-finanzjament tal-UE. Fi ħdan iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 75 , l-inizjattiva l-ġdida “Mogħdijiet għas-Suċċess fl-Iskejjel” se tikkontribwixxi wkoll għad-diżakkoppjament tal-livell edukattiv u tal-kisba mill-istatus soċjali, ekonomiku u kulturali.

Skemi ta’ dħul minimu huma essenzjali biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura. Filwaqt li l-iskemi ta’ dħul minimu huma fis-seħħ fl-Istati Membri kollha, dawn ivarjaw b’mod sinifikanti fl-adegwatezza, fil-kopertura, fl-użu u fl-artikolazzjoni tagħhom mal-miżuri ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol u fl-iffaċilitar ta’ prodotti u servizzi, inklużi s-servizzi soċjali. F’ħafna każijiet, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-livelli ta’ benefiċċji jistħoqqilhom li jiġu modernizzati.

L-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli huwa tħassib dejjem akbar f’ħafna Stati Membri, reġjuni u bliet. Il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar qed jiżdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri Filwaqt li l-politiki biex jintemm il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar jistgħu jirnexxu biss permezz ta’ approċċ lokali jew reġjonali mfassal apposta, ħafna partijiet ikkonċernati talbu 76 impetu Ewropew biex jintemm il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar madwar l-UE sal-2030. Barra minn hekk, il-faqar enerġetiku jaffettwa lil kważi 34 miljun Ewropew li ma jistgħux jaffordjaw li jżommu djarhom sħan, u jindika n-nuqqas ta’ aċċess għal akkomodazzjoni ta’ kwalità affordabbli għal ħafna familji. L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, permezz tal-Inizjattiva “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni” 77 , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faqar Enerġetiku 78 , ir-rieżami futur tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija 79 u t-tmexxija u l-gwida għal azzjoni lokali mill-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE 80 , se jikkontribwixxu biex itaffu l-faqar enerġetiku u jżidu l-kwalità tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari għall-familji bi dħul medju u baxx.

Aċċess effettiv għal servizzi essenzjali ta’ kwalità suffiċjenti, bħall-ilma, is-sanità, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali, huwa kruċjali biex tiġi ggarantita l-inklużjoni soċjali u ekonomika. Dawn is-servizzi jistgħu jkunu wkoll sors importanti ta’ ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, id-dħul, l-età, l-inugwaljanzi territorjali u n-nuqqas ta’ infrastrutturi jistgħu jagħmlu l-aċċess diffiċli. L-investiment f’infrastrutturi ekoloġiċi, diġitali u soċjali, inkluż permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, jgħin fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra s-segregazzjoni spazjali u jtejjeb l-aċċess għal servizzi ġenerali ta’ kwalità. Il-politiki settorjali tal-UE u l-oqfsa regolatorji rigward is-servizzi ta’ interess ġenerali, li jinkludu miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur, prattiki tal-akkwist pubbliku u obbligi għall-provvista minima ta’ servizzi, jeħtieġ li jappoġġaw aktar l-interventi tal-Istati Membri u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-aċċess għal u l-aċċessibilità tal-prodotti u tas-servizzi essenzjali. Il-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza l-ħtieġa li jiġu rieżaminati r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 81 u l-gwida dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Il-Kummissjoni se:

·Tipproponi fil-Q1 tal-2021 Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal biex tiżgura li t-tfal f’riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali jkollhom aċċess effettiv għal servizzi ewlenin bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni.

·Tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar id-dħul minimu fl-2022 biex tappoġġa u tikkomplementa b’mod effettiv il-politiki tal-Istati Membri.

·Tniedi fil-Q2 tal-2021 Pjattaforma Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Fenomenu tal-persuni mingħajr dar biex tappoġġa lill-Istati Membri, lill-ibliet u lill-fornituri ta’ servizzi fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u fl-identifikazzjoni ta’ approċċi effiċjenti u innovattivi.

·Tniedi fil-Q2 tal-2021 l-Inizjattiva dwar l-Abitazzjoni Affordabbli li tippilota 100 distrett ta’ rinnovazzjoni.

·Tippreżenta fil-Q2 tal-2021 Avviżi ta’ Gwida dwar l-Akkwist Pubbliku ta’ Innovazzjoni u dwar l-Akkwist Pubbliku Soċjalment Responsabbli.

·Tippreżenta fl-2022 rapport tal-UE dwar l-aċċess għal servizzi essenzjali.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw l-effettività u l-kopertura ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali u l-aċċess għas-servizzi ta’ sostenn għal dawk fil-bżonn.

·Lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jżidu l-adozzjoni ta’ kriterji soċjalment responsabbli fl-akkwist pubbliku u jippromwovu l-użu tagħhom, f’konformità mal-avviżi ta’ gwida li ġejjin tal-Kummissjoni.

Il-promozzjoni tas-saħħa u l-iżgurar tal-kura

Is-sistemi tas-saħħa u tal-kura fit-tul kienu taħt pressjoni konsiderevoli matul il-pandemija, li żiedet ma’ sfidi diġà eżistenti, bħaż-żieda fil-ħinijiet ta’ stennija għall-kura tas-saħħa, in-nuqqas ta’ persunal strutturali u l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa li qed jikbru. Ir-riformi u l-investimenti fis-sistemi tas-saħħa huma meħtieġa biex iżidu r-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw kriżijiet attwali u futuri, biex isaħħu l-kura tas-saħħa primarja u s-saħħa mentali, u biex itejbu l-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għal kulħadd u jnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, territorjali u ekonomiċi fis-saħħa. Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri f’dawn l-isforzi billi tipprovdi informazzjoni bbażata fuq l-evidenza u taqsam l-aħjar prattiki biex issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa.

Il-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa tal-Kummissjoni 82 tindirizza r-reżiljenza, l-aċċessibilità u l-effettività tas-sistemi tas-saħħa fl-UE. L-azzjonijiet se jtejbu l-ħila tal-Istati Membri li jħejju u jwieġbu flimkien għal kriżijiet tas-saħħa futuri, u jiżguraw li l-provvisti mediċi jkunu disponibbli, affordabbli u innovattivi. Il-Kummissjoni se tintroduċi wkoll miżuri għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa 83 u l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer 84 . Għodod ġodda ta’ statistika u monitoraġġ jistgħu jgħinu wkoll biex jiġu identifikati aħjar l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, filwaqt li jenfasizzaw il-perspettiva tal-pazjenti bl-għan li jtejbu l-aċċess għas-saħħa għal dawk l-aktar vulnerabbli.

Ir-reżiljenza tal-kura fit-tul ukoll qed tiġi ttestjata. Id-domanda għas-servizzi tal-kura hija mistennija li tiżdied f’soċjetà li qed tixjieħ, filwaqt li n-nuqqas ta’ standards ta’ kwalità fil-kura u n-nuqqasijiet fl-aċċess għal servizzi ta’ kwalità, inkluż f’żoni rurali, huma ta’ tħassib serju f’ħafna Stati Membri. Rapport konġunt mill-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali li għandu jiġi ppubblikat fir-rebbiegħa tal-2021 se juri kif is-sistemi nazzjonali jwieġbu għal dawn l-isfidi u jindika oqsma fejn hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal kura fit-tul ta’ kwalità u affordabbli madwar l-Unjoni. Il-Green Paper dwar it-Tixjiħ 85 nediet konsultazzjoni biex jiġu identifikati oqsma fejn l-azzjoni tal-UE tista’ ġġib l-ogħla valur miżjud. Ir-riformi u l-investimenti fil-kura fit-tul jipprovdu opportunità għat-tisħiħ tas-solidarjetà interġenerazzjonali, il-ħolqien tal-impjiegi, ambjenti tax-xogħol u tal-għajxien aktar sikuri, u offerta aħjar ta’ servizzi ta’ kwalità.

Il-Kummissjoni se:

·Tipproponi inizjattiva dwar il-Kura fit-Tul fl-2022 biex tistabbilixxi qafas għar-riformi tal-politika biex tiggwida l-iżvilupp ta’ kura sostenibbli fit-tul li tiżgura aċċess aħjar għal servizzi ta’ kwalità għal dawk fil-bżonn.

·Tipproponi għodod ġodda biex jitkejlu aħjar l-ostakoli u l-lakuni fl-aċċess għall-kura tas-saħħa (2021- 2022).

·Tipproponi fil-Q4 tal-2021 l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa biex jippromwovi l-aċċess għad-data dwar is-saħħa għal kura tas-saħħa aħjar, riċerka u tfassil ta’ politika, u biex irawwem l-iżvilupp, l-użu u l-applikazzjoni tas-servizzi diġitali għall-provvista tal-kura tas-saħħa.

 
Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri jinvestu fil-forza tax-xogħol tas-saħħa u tal-kura, billi jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-aċċess għat-taħriġ

·Lill-Istati Membri biex jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tagħhom u jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa.

Il-protezzjoni soċjali ssir adatta għad-dinja l-ġdida

Matul il-pandemija, ħafna Stati Membri estendew il-protezzjoni soċjali għal gruppi li qabel ma kinux koperti. Dawn il-miżuri eċċezzjonali jistgħu jkunu sors ta’ ispirazzjoni għal riformi strutturali li jtejbu l-protezzjoni tal-persuni qiegħda, tal-ħaddiema mhux standard u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u li jiżguraw il-finanzjament sostenibbli tagħhom, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali 86 .

Riflessjoni ulterjuri dwar il-finanzjament tal-protezzjoni soċjali, u b’mod partikolari l-mudelli ta’ finanzjament li jippermettu solidarjetà kontinwa bejn u fi ħdan il-ġenerazzjonijiet, huma meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess ugwali u sostenibbli għall-protezzjoni soċjali f’termini tal-gruppi u r-riskji koperti, filwaqt li jitqies li l-kontribuzzjonijiet soċjali u t-taxxi fuq ix-xogħol jistgħu jonqsu minħabba t-tnaqqis tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol.

Il-protezzjoni soċjali bejn il-fruntieri nazzjonali hija prekundizzjoni għal suq intern li jiffunzjona tajjeb. Forom eżistenti u ġodda ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol iffaċilitati mid-diġitalizzazzjoni, minn telexogħol ġeneralizzat bejn il-fruntieri għal nomadi diġitali li jaħdmu mill-bogħod madwar l-UE, jeħtieġu interazzjonijiet mingħajr xkiel bejn il-ħaddiema mobbli u l-amministrazzjonijiet, filwaqt li jnaqqsu r-riskju ta’ żbalji u frodi. Soluzzjonijiet innovattivi, b’mod partikolari dawk diġitali, jistgħu jiffaċilitaw il-mobilità fiżika u virtwali taċ-ċittadini, jappoġġaw il-portabbiltà tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-verifika transfruntiera tal-kopertura tas-sigurtà soċjali mill-amministrazzjonijiet, u jindirizzaw l-isfidi fl-identifikazzjoni tal-persuni għal finijiet ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

Il-Kummissjoni se:

·Tniedi Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli biex jistudja l-futur tal-istat soċjali, il-finanzjament u l-interkonnessjonijiet tiegħu mad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel u biex jippreżenta rapport sa tmiem l-2022.

·Tibda proġett pilota fl-2021 biex tesplora sal-2023 it-tnedija ta’ soluzzjoni diġitali biex tiffaċilita l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini mobbli u l-awtoritajiet nazzjonali, u ttejjeb il-portabbiltà tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali bejn il-fruntieri (id-Dokument Ewropew tas-Sigurtà Soċjali), billi tibni fuq l-inizjattiva għal identifikazzjoni elettronika Ewropea affidabbli u sigura (Q2 tal-2021).

 
Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri jestendu aktar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Aċċess għall-protezzjoni soċjali, u jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom sal-15 ta’ Mejju 2021 bl-istabbiliment tal-miżuri nazzjonali tagħhom.

4.L-għaqid tal-forzi biex jinkisbu riżultati

It-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa impenn politiku kondiviż u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE, tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili, li kollha għandhom rwol x’jaqdu f’konformità mal-kompetenzi tagħhom. L-UE se tappoġġa dan l-isforz bl-istrumenti kollha disponibbli: appoġġ finanzjarju permezz ta’ diversi fondi tal-UE għall-investiment f’irkupru ġust u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji; it-trawwim tal-involviment tal-atturi kollha; l-għoti ta’ gwida u koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali permezz tas-Semestru Ewropew; l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni; u l-ingranaġġ tar-rwol tagħha bħala mexxej globali. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-atturi rilevanti kollha biex jagħmlu l-aħjar użu mill-istrumenti disponibbli biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Soċjali.

L-isfruttar tal-investiment soċjali permezz tal-fondi tal-UE

L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-UE bla preċedent disponibbli biex jappoġġaw riformi u investimenti f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027, flimkien mal-istrument għall-irkupru Next Generation EU, huwa l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat permezz tal-baġit tal-UE. Total ta’ EUR 1,8 triljun se jgħin lill-Ewropa tirkupra mill-kriżi tal-COVID-19 u ssir aktar ekoloġika, aktar diġitali u soċjalment ġusta.

Strument finanzjarju ewlieni ġdid, taħt Next Generation EU, huwa l-RRF, bil-baġit tiegħu ta’ EUR 672,5 biljun. Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżentaw opportunità unika biex jiġu ppjanati u ffinanzjati investimenti u riformi li jappoġġaw irkupru li huwa soċjali u li jiffoka fuq l-impjiegi, filwaqt li jiġu rrispettati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż skont is-Semestru Ewropew 87 . F’konformità mas-sitt pilastri tal-RRF, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jispjegaw fid-dettall kif il-pjanijiet nazzjonali tagħhom isaħħu l-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ; jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; u jtaffu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, billi jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b’hekk isaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fl-Unjoni.

Il-FSE+, b’EUR 88 biljun, se jkompli jkun l-istrument ewlieni tal-UE biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pilastru Soċjali u biex jintlaħqu t-tliet miri ewlenin tal-UE proposti. L-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali u l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew se jkunu l-bażi għall-Istati Membri biex iħejju l-programmi operazzjonali tagħhom tal-FSE+. B’dan l-istrument il-ġdid:

·mill-inqas 25 % tar-riżorsi tal-FSE+ fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jintnefqu biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li minnhom, l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-faqar fost it-tfal jenħtieġ li jinvestu mill-inqas 5 % f’miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal. L-oħrajn kollha jenħtieġ li jallokaw bl-istess mod ammonti xierqa biex jimplimentaw il-Garanzija għat-Tfal li ġejja. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha se jkollhom bżonn jiddedikaw mill-inqas 3 % tas-sehem tal-FSE+ tagħhom biex jiġġieldu l-privazzjoni materjali.

·biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jallokaw mill-inqas 12,5  % għaż-żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) fejn il-perċentwal relattiv li jaqa’ f’dan il-grupp ikun ogħla mill-medja tal-UE, filwaqt li l-Istati Membri l-oħra kollha se jkollhom bżonn jiddedikaw ammont xieraq biex jimplimentaw il-Garanzija msaħħa għaż-Żgħażagħ.

·L-Istati Membri jridu jiddedikaw ammont xieraq għall-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; 0,25 % tar-riżorsi tal-FSE+ jenħtieġ li jiġu pprogrammati meta l-Istati Membri jkollhom rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż f’dan il-qasam.

Se jkun hemm disponibbli wkoll fondi oħra għall-implimentazzjoni tal-Pilastru. Il-FEŻR se jiffinanzja l-infrastruttura u t-tagħmir għall-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ u s-servizzi soċjali. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jappoġġa l-ħiliet f’reġjuni li jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi ogħla mit-tranżizzjoni klimatika. Ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit se tgħin biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tluq tar-Renju Unit mill-UE. REACT-EU jipprovdi EUR 47,5 biljun ta’ finanzjament addizzjonali fl-2021 u fl-2022 biex titnaqqas id-diskrepanza bejn l-ewwel rispons ta’ emerġenza għall-kriżijiet għall-pandemija u l-irkupru fit-tul tal-ekonomija. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni se jkompli jappoġġa lill-ħaddiema li qed jiffaċċjaw telf ta’ impjiegi minħabba r-ristrutturar.

L-Erasmus+ se jimmobilizza s-setturi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport għal irkupru rapidu u tkabbir futur, u se jippromwovi kemm il-ħiliet ekoloġiċi kif ukoll dawk diġitali. L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku se jtejjeb il-kapaċità amministrattiva tal-gvernijiet u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi biex iwettqu riformi taħt kull waħda mit-tliet miri ewlenin tal-2030 għall-impjiegi, il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali. InvestEU se jħeġġeġ investimenti privati li jikkontribwixxu għall-għanijiet soċjali, permezz ta’ tieqa ddedikata għall-investiment. Il-verifika tas-sostenibbiltà tiegħu se tiżgura l-impatt soċjali tal-investimenti proposti, u se tappoġġa l-investimenti fl-ekonomija soċjali u fl-innovazzjoni, fl-infrastruttura soċjali u fil-ħiliet. Il-viżibbiltà tal-proġetti tal-ekonomija soċjali tista’ tiżdied aktar permezz ta’ miżuri addizzjonali, bħal sistema ta’ ttaggjar speċifika. Orizzont Ewropa huwa l-akbar u l-aktar programm ambizzjuż ta’ riċerka u innovazzjoni fl-istorja, b’baġit totali maqbul ta’ EUR 94 biljun. Il-programm għandu l-għan li jiżviluppa teknoloġiji ġodda, trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjali innovattivi u politiki u investimenti ta’ akkumpanjament jew ta’ sostenn, inkluż li jsaħħaħ ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà soċjali u ekonomika. Il-programm il-ġdid l-UE għas-Saħħa għall-2021-2027, b’baġit ta’ EUR 5,1 biljun, se jappoġġa l-bini ta’ sistemi tas-saħħa reżiljenti fl-UE biex inkunu mgħammra aħjar għall-futur. Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni se jappoġġa l-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-migranti.

Fl-ippjanar tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu akbar mill-valutazzjonijiet tal-impatt distribuzzjonali sabiex iqisu aħjar l-impatt tar-riformi u l-investimenti fuq id-dħul ta’ gruppi differenti u biex iżidu t-trasparenza fuq l-impatt soċjali tal-baġits u l-politiki. Dan jista’ jiġi integrat mill-awtoritajiet nazzjonali u jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ titjib fil-kwalità tal-finanzi pubbliċi, tassazzjoni trasparenti u aktar ġusta u investiment u finanzi soċjalment sostenibbli.

Flimkien mar-riżorsi pubbliċi, l-iżvilupp ta’ finanzi sostenibbli għandu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi privati meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi sostenibbli. L-UE qed timmobilizza l-investiment privat fit-tranżizzjoni lejn UE b’newtralità klimatika, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari. Eżempju tajjeb huwa l-ħruġ b’suċċess tal-Bonds Soċjali tal-UE li nħarġu għall-ewwel darba biex jiġi ffinanzjat is-self ta’ SURE. L-investiment privat u soċjalment sostenibbli se jkollu wkoll rwol ewlieni f’irkupru ġust u ekwitabbli. Estensjonijiet possibbli tat-Tassonomija tal-UE jipprovdu lin-negozji u lill-investituri b’lingwa affidabbli u komuni biex jidentifikaw attivitajiet soċjalment sostenibbli u jżidu t-trasparenza fis-swieq tal-finanzi soċjali. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-potenzjal ta’ tali estensjonijiet se jiġu studjati u evalwati. Rappurtar pubbliku aħjar mill-kumpaniji dwar il-kwistjonijiet soċjali jenħtieġ li jiffaċilita l-flussi ta’ investiment lejn attivitajiet ekonomiċi b’eżiti soċjali pożittivi. Rappurtar korporattiv aħjar iservi wkoll biex il-kumpaniji jsiru aktar responsabbli għall-impatti soċjali u oħrajn fuq is-sostenibbiltà.

Il-Kummissjoni se:

·Sal-aħħar tal-2021, tadotta att delegat biex tiddefinixxi metodoloġija għar-rappurtar dwar l-infiq soċjali taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

·Tippreżenta fl-2022 gwida biex iżżid l-użu mill-Istati Membri tal-valutazzjonijiet tal-impatt distribuzzjonali ex ante fl-ibbaġitjar u fl-ippjanar tar-riformi.

·Tesplora miżuri possibbli bħala parti mill-istrateġija mġedda għall-finanzi sostenibbli (nofs l-2021) biex tixpruna l-investiment soċjali privat. Sa tmiem l-2021, tippubblika rapport dwar estensjoni possibbli tar-Regolament 88 tal-UE dwar it-Tassonomija biex jiġu koperti objettivi oħrajn tas-sostenibbiltà, inklużi dawk soċjali. 

·Tipproponi rieżami tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju 89 fil-Q2 tal-2021 inklużi rekwiżiti aktar b’saħħithom għar-rappurtar mill-kumpaniji dwar il-kwistjonijiet soċjali.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri jużaw l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u l-programmi operazzjonali tagħhom tal-FSE+ u tal-FEŻR biex jappoġġaw l-implimentazzjoni nazzjonali tal-Pilastru Soċjali.

·Lill-Istati Membri biex jaħtfu l-opportunità bla preċedent offruta mill-RRF biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti.

·Lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt distribuzzjonali ex ante bħala parti mill-proċessi baġitarji u ta’ tal-politika usa’ tagħhom.

·Lill-Istati Membri jippromwovu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ swieq ta’ investiment soċjali trasparenti.

Sforz mill-atturi kollha

L-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili huwa essenzjali biex jiġi żgurat l-impenn għall-Pilastru. F’dan ir-rigward, koordinazzjoni koerenti u komprensiva fil-livell nazzjonali hija kruċjali u tista’ tagħmel differenza fl-isforzi tal-atturi nazzjonali rilevanti kollha. Il-Kummissjoni se tkompli torganizza avvenimenti fil-livell tal-UE biex tqis il-progress li sar u tistabbilixxi l-ambizzjoni għall-azzjonijiet fil-livell tal-UE. L-atturi rilevanti kollha jenħtieġ li jorganizzaw attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ involviment biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-Pilastru u jippromwovu d-drittijiet soċjali fl-Ewropa, u biex jinvolvu ruħhom maċ-ċittadini u ma’ dawk kollha li jaħdmu direttament fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru.

Huwa importanti li d-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u tal-UE jiġi msaħħaħ ukoll. Is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tal-impatt tal-pandemija, fis-sostenn tal-irkupru u fil-ġestjoni tal-bidla futura fis-suq tax-xogħol. Huma meħtieġa sforzi msaħħa biex jappoġġaw il-kopertura tan-negozjar kollettiv u jipprevjenu s-sħubija u d-densità organizzazzjonali tas-sħab soċjali milli jonqsu. Matul il-konsultazzjoni fit-tħejjija għal dan il-Pjan ta’ Azzjoni, is-sħab soċjali mill-partijiet kollha tal-Ewropa enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi appoġġat id-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, inkluż billi jissaħħaħ l-involviment tagħhom fil-politiki rilevanti u fil-kapaċitajiet tagħhom, kif ukoll billi titjieb is-sensibilizzazzjoni tagħhom għal setturi ġodda, għaż-żgħażagħ, u għall-persuni li jaħdmu permezz tal-pjattaformi.

Il-Kummissjoni se:

·Trawwem attivitajiet ta’ komunikazzjoni u l-proċess ta’ involviment mal-atturi rilevanti kollha biex tiżgura s-sensibilizzazzjoni u l-impenn kondiviż għall-Pilastru.

·Wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali fl-2021 90 , tippreżenta inizjattiva biex tappoġġa d-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali fl-2022. L-inizjattiva se tinkludi t-tnedija ta’ premju ġdid għal prattiki innovattivi tad-djalogu soċjali; programm ta’ informazzjoni u żjarat għall-mexxejja żgħażagħ futuri tas-sħab soċjali; ir-rieżami tad-djalogu soċjali settorjali fil-livell tal-UE; u qafas ta’ appoġġ ġdid għal ftehimiet tas-sħab soċjali fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-awtoritajiet nazzjonali, lis-sħab soċjali, lis-soċjetà ċivili u lil atturi rilevanti oħra jorganizzaw attivitajiet ta’ komunikazzjoni u involviment billi jiġbru u jiskambjaw l-aħjar prattiki madwar l-Ewropa.

·Lill-Istati Membri jorganizzaw mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni biex jiżguraw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru.

·Lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u joħolqu l-kundizzjonijiet għat-titjib tal-funzjonament u l-effettività tan-negozjar kollettiv u tad-djalogu soċjali.

·Lill-awtoritajiet pubbliċi jkomplu jsaħħu d-djalogu soċjali u jikkonsultaw lis-sħab soċjali meta jfasslu politiki u leġiżlazzjoni rilevanti.

·Lis-sħab soċjali Ewropej jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni b’suċċess tas-swieq tax-xogħol tal-Ewropa billi jinnegozjaw aktar ftehimiet fil-livell tal-UE.

Tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-monitoraġġ

L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar użu mis-Semestru Ewropew bħala l-qafas rilevanti stabbilit sew biex jikkoordinaw riformi u investimenti ekonomiċi, tal-impjiegi dawk soċjali, u b’hekk ipoġġu lin-nies u l-benesseri tagħhom fiċ-ċentru. Mill-2018, il-prinċipji tal-Pilastru ġew integrati fiċ-ċiklu kollu tas-Semestru Ewropew. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż – ibbażati fuq l-erba’ dimensjonijiet tas-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà makroekonomika identifikati fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli – se jkomplu jipprovdu gwida dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru fil-livell nazzjonali, inkluż permezz tal-finanzjament rilevanti tal-UE. Kif imsemmi hawn fuq, il-miri ewlenin tal-UE se jgħinu fit-tmexxija tal-politiki u tar-riformi nazzjonali u reġjonali fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ħiliet u dawk soċjali. Fis-snin li ġejjin, is-Semestru Ewropew se jippermetti wkoll monitoraġġ ikkoordinat tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Bħala għodda ta’ monitoraġġ ewlenija użata fis-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni qed tipproponi li jsir rieżami tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali biex tkopri l-Pilastru b’mod aktar estensiv. Flimkien mal-miri ewlenin, l-integrazzjoni u l-aġġornament tas-sett eżistenti ta’ indikaturi se jikkontribwixxu għat-trekkjar tal-progress lejn il-prinċipji tal-Pilastru b’mod aktar komprensiv u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ politika proposti minn dan il-Pjan ta’ Azzjoni. Il-proposta għal aġġornament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, marbuta wkoll mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, hija ppreżentata fl-Anness 2 ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni (il-bażi analitika tagħha hija deskritta fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ akkumpanjament). Fil-pajjiżi tat-tkabbir, it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali aġġornata se tintuża fil-proċess tal-Programm ta’ Riforma Ekonomika (PRE) biex jiġi mmonitorjat il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pilastru, soġġett għad-disponibbiltà tad-data.

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi se jiffoka fuq il-prinċipji tal-Pilastru rilevanti, b’analiżi aktar fil-fond tal-implimentazzjoni tagħhom fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, abbażi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali rieżaminata. L-Istati Membri se jiġu mistiedna jirrapportaw regolarment fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom dwar l-implimentazzjoni u dwar l-inizjattivi ta’ politika previsti biex jagħlqu d-diskrepanzi.

Fl-aħħar, il-puntwalità tal-istatistika soċjali se tkompli tittejjeb, b’segwitu tar-Regolament adottat reċentement dwar l-Istatistika Soċjali Ewropea Integrata 91 flimkien ma’ stimi bikrija tal-faqar u l-inugwaljanza. Il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-ġbir ta’ data diżaggregata skont l-oriġini razzjali jew etnika f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu. F’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE, il-Kummissjoni se tkompli wkoll ittejjeb u tiżviluppa indikaturi komparabbli affidabbli u fuq livell internazzjonali għall-kejl u għall-monitoraġġ tal-benesseri tan-nies fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kuntest speċifiku għall-pajjiż u l-ħidma mwettqa minn atturi internazzjonali rilevanti oħra.

Il-Kummissjoni se:

·Tkompli tmexxi permezz tas-Semestru Ewropew ir-riformi u l-investimenti nazzjonali, inkluż fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, b’mod li titkompla l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali.

·Taqbel fuq verżjoni riveduta tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali mal-Istati Membri fl-2021 biex tirrifletti aħjar il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta’ politika stabbiliti f’dan il-Pjan ta’ Azzjoni.

·Tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni u tapprofondixxi l-analiżi tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u torganizza avvenimenti ddedikati biex jiġi ppreżentat il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru.

L-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-acquis soċjali tal-UE

Il-ġabra ta’ regoli soċjali tal-UE hija tajba skont kemm tiġi implimentata tajjeb. Ħafna mir-rispondenti tal-konsultazzjoni li saret b’appoġġ għal dan il-Pjan ta’ Azzjoni enfasizzaw l-importanza ta’ implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar tal-liġi eżistenti tal-UE tax-xogħol u dik soċjali. Djalogu aktar mill-qrib u aktar regolari mal-Istati Membri jista’ jiffaċilita t-traspożizzjoni f’waqtha tal-istrumenti legali tal-UE, itejjeb il-kwalità tal-implimentazzjoni tagħhom u jevita l-ħtieġa li wieħed jirrikorri għal proċedimenti ta’ ksur aktar tard. B’mod parallel, il-Kummissjoni se timmira li żżid l-azzjoni tagħha jekk l-Istati Membri ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni se:

·Issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar il-liġi tal-UE tax-xogħol u dik soċjali, filwaqt li tiffoka fuq it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni, u tikkondividi l-aħjar prattiki.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jsaħħu t-tiswir tal-kapaċitajiet tal-ispettorati tax-xogħol fl-attivitajiet tagħhom biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni.

L-UE bħala mexxej globali responsabbli

Billi jiggwida l-azzjoni internazzjonali tal-UE fil-qasam soċjali, il-Pilastru jgħin biex jiġi affermat ir-rwol tal-UE bħala mexxej globali responsabbli. Il-Kummissjoni taħdem lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi madwar id-dinja, fejn il-vantaġġi kompetittivi ma jkunux ta’ detriment għal dawk l-aktar vulnerabbli. Minn naħa waħda, l-UE taġixxi f’sistema multilaterali bbażata fuq normi internazzjonali, li l-UE u/jew l-Istati Membri tagħha jissottoskrivu fiha. Min-naħa l-oħra, il-Pilastru huwa għodda ta’ gwida għar-relazzjonijiet bilaterali tagħna ma’ sħab esterni, inkluż is-sħab tal-viċinat u tat-tkabbir, li tiddefinixxi l-livell għoli ta’ standards soċjali li tirrappreżenta l-UE.

Biex jissaħħaħ id-djalogu mal-Balkani tal-Punent biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 92  u biex tiġi indirizzata d-diskrepanza soċjali bejn l-Istati Membri u l-Balkani tal-Punent, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali se jiġu inklużi, kif xieraq, f’azzjonijiet, fi pjattaformi, fi gruppi ta’ ħidma u laqgħat rilevanti. L-Istrument tal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) III se jipprovdi aktar finanzjament għall-iżvilupp tal-kapital uman u inizjattiva ewlenija għall-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ garanzija għaż-żgħażagħ biex jiġu indirizzati r-rati għoljin ta’ NEETs fir-reġjun 93 .

L-UE se tkompli tippromwovi x-xogħol deċenti u l-inklużjoni soċjali madwar id-dinja, billi tikkoopera mal-pajjiżi sħab, b’mod partikolari fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u permezz tal-politiki tagħha dwar il-kummerċ u l-iżvilupp, l-akkwisti u l-finanzi sostenibbli, kif ukoll it-trasparenza korporattiva u l-governanza korporattiva sostenibbli. F’konformità mas-sejħa fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali 94 , il-Kummissjoni se tindirizza d-dimensjoni soċjali tal-azzjoni internazzjonali b’rispons għall-pandemija, it-tibdil fil-klima, teknoloġiji ġodda u l-Aġenda 2030 tan-NU 95 . Bħala membru tal-forums tal-G7 u tal-G20, l-UE qed tippromwovi rkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta’ benefiċċju għan-nies kollha fil-pajjiżi kollha.

Il-Kummissjoni se:

·Tadotta Komunikazzjoni dwar ix-Xogħol Deċenti Madwar id-Dinja fil-Q2 tal-2021 li tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tas-sett ta’ għodod rilevanti tal-UE u tipprovdi pjan iddettaljat għal strateġija tal-UE dwar it-tmexxija ’l quddiem tad-dimensjoni soċjali fl-azzjoni internazzjonali.

·Tadotta fil-Q2 tal-2021 inizjattiva dwar il-governanza korporattiva sostenibbli.

 
Il-Kummissjoni tħeġġeġ:

·Lill-Istati Membri jippromwovu l-istandards internazzjonali tax-xogħol, ix-xogħol deċenti u l-inklużjoni soċjali madwar id-dinja u jaħdmu biex jiksbu l-Aġenda 2030 tan-NU u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’involviment mill-qrib tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili.

·Lill-pajjiżi tat-tkabbir ikomplu jallinjaw mal-istandards u l-politiki soċjali tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-proċess tal-Programm Ekonomiku ta’ Riforma, fit-triq tagħhom ta’ konverġenza lejn l-UE.

5.It-Triq ’il Quddiem

Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jippreżenta azzjonijiet fil-livell tal-UE għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, sabiex tinbena Ewropa Soċjali aktar b’saħħitha għal tranżizzjonijiet u rkupru ġusti. Il-kisba ta’ tgawdija sħiħa tad-drittijiet u tal-prinċipji tal-Pilastru miċ-ċittadini tal-UE teħtieġ, fil-parti l-kbira, azzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil atturi rilevanti oħra bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex ipoġġu l-istandards soċjali għoljin riflessi fil-Pilastru fiċ-ċentru tal-investimenti u r-riformi tagħhom li jsaħħu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19. L-għan kondiviż tagħna huwa li ninvestu fil-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri tal-Ewropej, li nippermettu lilhom u lill-Ewropa kollha kemm hi biex jirnexxu permezz tal-innovazzjoni u d-diversità soċjali, minkejja l-bidla u d-diffikultajiet.

Is-Summit Soċjali f’Porto fis-7-8 ta’ Mejju 2021 organizzat mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill se jipprovdi l-opportunità li fl-ogħla livell politiku jiġu kkonfermati l-impenn u l-ambizzjoni li n-nies jitpoġġew l-ewwel fl-irkupru tal-Ewropa u lil hinn. 

Biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni attwali, il-Kummissjoni tistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej, lill-parlamenti nazzjonali, lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili biex jorganizzaw b’mod regolari dibattiti politiċi konġunti biex iqisu l-progress lejn Ewropa Soċjali b’saħħitha sal-2030.

Il-Kummissjoni se tagħmel rieżami tal-Pjan ta’ Azzjoni fl-2025. Ir-rieżami se jipprovdi bażi għal aktar azzjonijiet fil-livell tal-UE bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2030.

(1) Kif indikat fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021 COM(2020) 575 final.
(2)  COM(2020) 493 final tad-9 ta’ Settembru 2020.
(3)  Ewrobarometru Speċjali 509 dwar kwistjonijiet soċjali, Marzu 2021
(4) It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2016/2020-03-01, ara l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9.
(5) Il-Kunsill Ewropew, 20 ta’ Ġunju 2019, Aġenda strateġika ġdida għall-UE 2019-2024.
(6)  COM(2020) 14 final tal-14 ta’ Jannar 2020.
(7) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni huma ppreżentati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni (SWD(2021) 46).
(8)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ akkumpanjament (SWD(2021) 46) u l-Anness 1 ta’ din il-Komunikazzjoni jiddeskrivu dawn l-azzjonijiet.
(9)   http://www.oecd.org/coronavirus/policy-responses/what-is-the-impact-of-the-covid-19-pandemic-onimmigrants-and-their-children-e7cbb7de .
(10) Skont PISA 2018 , żagħżugħ wieħed minn kull ħames Ewropej żgħażagħ għad ma għandux kompetenzi adegwati fil-qari, fil-matematika jew fix-xjenza.
(11) Nazzjonijiet Uniti, 21 ta’ Ottubru 2015, A/RES/70/1 - Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
(12)   https://ec.europa.eu/info/publications/adopted-mff-legal-acts_en .  
(13)   https://ec.europa.eu/info/strategy/recovery-plan-europe_mt#nextgenerationeu .
(14) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tat-12 ta’ Frar 2021.
(15)  COM/2020/274 final tal-1 ta’ Lulju 2020.
(16)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill C 417/01 tal-24 ta’ Novembru 2020.
(17) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2021/C 66/01 tat-22 ta’ Frar 2021
(18) Daħħal id-dettalji dwar il-projezzjonijiet, ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD(2021) 46) li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni għal ħarsa ġenerali.
(19)   https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=20980&langId=en .
(20) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD(2021) 46) li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni għal ħarsa ġenerali u l-Anness 1 tal-Komunikazzjoni.
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020.
(22) C(2021) 1372 tal-4 ta’ Marzu 2021.
(23)   https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=782&langId=mt .
(24) Id-Direttivi 98/59/KE, 2001/23/KE, 2002/14/KE, 2009/38/KE, 2001/86 KE.
(25) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (C 372/01) tat-30 ta’ Ottubru 2020.
(26)  COM (2020) 276 final tal-1 ta’ Lulju 2020.
(27)  COM(2020) 102 final tal-10 ta’ Marzu 2020.
(28)  COM(2020) 98 final tal-11 ta’ Marzu 2020.
(29)  COM(2020) 103 final tal-10 ta’ Marzu 2020.
(30)   https://ec.europa.eu/growth/industry/policy/dialog-expert-advice_en
(31) COM(2020)682 tat-28 ta’ Ottubru 2020.
(32)  COM(2021) 1127 final tal-24 ta’ Frar 2021.
(33)    https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_20_1237 u https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/mex_21_23 .
(34)   https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=mt&agreementId=5665 .
(35)   https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0021_MT.pdf .  
(36) Id-Direttiva 2003/88/KE tat-18 ta’ Novembru 2003.
(37) Wara l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali li ġiet imnedija fis-17 ta’ Diċembru 2020 (C(2020) 8944 final).
(38)   Portal tal-EURES .  
(39) Id-Direttiva (UE) 2018/957 tat-28 ta’ Ġunju 2018.
(40)  COM(2016) 815 final tal-14 ta’ Diċembru 2016.
(41)  COM(2020) 789 tad-9 ta’ Diċembru 2020
(42) Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-15 ta’ Lulju 2020.
(43) Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-20 ta’ Ġunju 2019.
(44)  COM(2020) 94 final tat-3 ta’ Marzu 2020.
(45) 2020/C 102 I/03 tat-30 ta’ Marzu 2020.
(46) C(2020) 4813 final tas-16 ta’ Lulju 2020.
(47) Id-Direttiva 2008/104/KE tad-19 ta’ Novembru 2008.
(48) COM(2020) 625 final tat-30 ta’ Settembru 2020.
(49) Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027.
(50)  COM(2020) 274 final tal-1 ta’ Lulju 2020.
(51) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (C 417/01) tal-24 ta’ Novembru 2020
(52)  COM/2020/628 final tat-30 ta’ Settembru 2020.
(53)   https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_225  
(54) Prezzijiet tal-2018.
(55)   https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_2317  
(56) Magħmul minn € 24,5 biljun fi prezzijiet attwali u żieda addizzjonali ta’ EUR 1,7 biljun fi prezzijiet tal-2018.
(57) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-10 ta’ Frar 2021.
(58)   https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1517&langId=mt  
(59)  COM(2020) 609 final tat-23 ta’ Settembru 2020.
(60)  COM(2020) 758 final tal-24 ta’ Novembru 2020.
(61) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ST/9010/2018/INIT tat-22 ta’ Mejju 2018; Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ST/9009/2018/INIT tat-22 ta’ Mejju 2018; Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ST/9015/2019/INIT tat-22 ta’ Mejju 2019.
(62) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000.
(63) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000.
(64) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda kontra r-Razziżmu 2020-2025 (COM (2020) 565 final) tat-18 ta’ Settembru 2020. Il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni għall-2020-2030 (COM(2020) 620 final) tas-7 ta’ Ottubru 2020. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni (COM(2020) 758 final) tal-24 ta’ Novembru 2020. L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ (COM(2020) 698 final) tat-12 ta’ Novembru 2020.
(65)   https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/mex_20_2491 .
(66)  COM(2020) 152 final tal-5 ta’ Marzu 2020.
(67) COM(2012)614 final 14 ta’ Novembru 2012.
(68) COM (2021) 93 tal-4 ta’ Marzu 2021.
(69) Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-20 ta’ Ġunju 2019.
(70) SWD(2020)289 tal-20 ta’ Novembru 2020.
(71)  COM(2021) 101 tat-3 ta’ Marzu 2021.
(72)  COM(2008)426 final tat-2 ta’ Lulju 2008.
(73)  COM(2020) 621 final tas-7 ta’ Lulju 2020.
(74) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2019/C 189/02 tat-22 ta’ Mejju 2019.
(75)  COM(2020) 625 final tas-6 ta’ Mejju 2020.
(76) Ir-Riżoluzzjoni tal-PE 2020/2802(RSP) tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-indirizzar tar-rati ta’ persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea.
(77)  COM(2020) 662 final tas-17 ta’ Settembru 2020.
(78) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020. 
(79) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-25 ta’ Ottubru 2012.
(80)   https://www.energypoverty.eu/ .
(81) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014. 
(82)  COM(2020) 724 final tal-11 ta’ Novembru 2020.
(83)  COM(2020) 761 final tal-25 ta’ Novembru 2020.
(84)  COM(2021) 44 final tat-3 ta’ Frar 2021.
(85) COM(2021) 50 final tas-27 ta’ Jannar 2021.
(86) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2019/C 387/01) tat-8 ta’ Novembru 2019.
(87)   https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_en#documents  
(88) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tat-18 ta’ Ġunju 2020.
(89) Id-Direttiva 2014/95/UE tat-22 ta’ Ottubru 2014.
(90) Ara wkoll ir-rapport ta’ Andrea Nahles, Konsulent Speċjali għall-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali: https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=89&newsId=9916&furtherNews=yes&preview=cHJldkVtcGxQb3J0YWwhMjAxMjAyMTVwcmV2aWV3 .
(91) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1700 tal-10 ta’ Ottubru 2019.
(92) COM(2020)14 final tal-14 ta’ Jannar 2020.
(93) COM(2020)641 final tas-6 ta’ Ottubru 2020.
(94) 13512/20 tal-1 ta’ Diċembru 2020.
(95) COM(2006) 249 final tal-25 ta’ Mejju 2006.
Top

Brussell, 4.3.2021

COM(2021) 102 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

{SWD(2021) 46 final}


ANNESS 1:

AZZJONIJIET EWLENIN TAL-KUMMISSJONI



ANNESS 2:

IT-TABELLA TA’ VALUTAZZJONI SOĊJALI RIVEDUTA

Indikaturi ewlenin

Indikaturi sekondarji

SDG

Opportunitajiet indaqs

Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim matul l-aħħar 12-il xahar**

Proporzjon ta’ persuni li jabbandunaw l-iskola u t-taħriġ qabel il-waqt

Livell individwali tal-ħiliet diġitali

Rata taż-żgħażagħ NEET (15–29)

Differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi

Proporzjon kwintili tal-introjtu (S80/S20)

Ilħuq tal-edukazzjoni terzjarja

Livell baxx fl-edukazzjoni (inkluż fil-ħiliet diġitali**)

Parteċipazzjoni ta’ adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki fit-tagħlim**

Sehem tal-adulti qiegħda li għandhom esperjenza ta’ apprendiment reċenti**

Differenza fl-insuffiċjenza bejn il-kwartili t’isfel u l-ogħla kwartili tal-indiċi soċjoekonomiku (PISA)**

Disparità bejn l-irġiel u n-nisa fir-rata ta’ impjieg part-time

Disparità bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa f’għamla mhux aġġustata

Sehem tal-introjtu tal-40% tal-ħaddiema bl-aktar pagi baxxi (SDG)**

4. Kwalità tal-edukazzjoni

5. Ugwaljanza bejn il-ġeneri

10. Inqas inugwaljanzi

Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

Rata tal-impjieg

Rata tal-qagħad

Rata tal-qgħad fit-tul

Tkabbir per capita GDHI

Rata ta’ attività

Rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ

Impjieg fix-xogħol kurrenti skont id-durata

Rati ta’ tranżizzjoni minn kuntratti temporanji għal dawk permanenti

Sehem ta’ impjegati temporanji involontarji**

Aċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol għal kull 100,000 ħaddiem (SDG)**

Rata ta’ ħaddiema fir-riskju ta’ faqar

8. Xogħol diċenti u tkabbir ekonomiku

Protezzjoni soċjali u inklużjoni

Rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE)

Rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni għat-tfal (0–17)**

Impatt tat-trasferimenti soċjali (għajr il-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar

Disparità fl-impjiegi minħabba d-diżabilità**

Spiża żejda tal-abitazzjoni**

Tfal ta’ anqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal

Ħtieġa awtodikjarata mhux issodisfata għall-kura medika

Rata ta’ riskju ta’ faqar (AROP) 

Rata ta’ deprivazzjoni materjali u soċjali severa (SMSD)

Persuni li jgħixu f’unità domestika b’intensità baxxa ħafna tax-xogħol

Privazzjoni ta’ abitazzjoni severa (sid u kerrej)

Disparità medjana fir-riskju tal-faqar**

Ir-rata tal-benefiċjarji tal-benefiċċji [is-sehem ta’ individwi ta’ etajiet bejn it-18 u d-59 sena li jirċievu kwalunkwe benefiċċju soċjali minbarra dak marbut mal-anzjanità) fost il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar]**

Nefqa soċjali totali skont il-funzjoni (% tal-PDG): Protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa, edukazzjoni, kura fit-tul**

Kopertura tal-benefiċċji tal-qgħad [fost il-persuni qiegħda għal terminu qasir]**

Kopertura tal-ħtiġijiet tal-kura fit-tul**

Proporzjon tas-sostituzzjoni aggregata għall-pensjonijiet

Sehem tal-popolazzjoni li ma tistax iżżomm id-dar sħuna b’mod adegwat (SDG) * *

Dimensjoni tal-konnettività tal-Indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali

Tfal mill-età ta’ tliet (3) snin sal-età obbligatorja tal-iskola primarja fl-indukrar formali tat-tfal**

Nefqa mill-but għall-kura tas-saħħa

Snin ta’ ħajja b’saħħitha fl-età ta’ 65 sena: Nisa u rġiel

Mortalità standardizzata li tista’ tiġi evitata u li tista’ tiġi ttrattata (SDG)**

1. Ebda faqar

3. Saħħa tajba u benesseri

**Indikatur ġdid imqabbel mal-verżjoni attwali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni (fil-parentesi l-qafas fejn qed jintuża bħalissa)

Nota — se jintużaw analiżijiet dettaljati tal-indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali skont il-grupp tal-età, il-ġeneru, il-pajjiż tat-twelid, l-istatus ta’ diżabbiltà biex tiġi kkomplementata l-analiżi fejn rilevanti.



ANNESS 3: IL-PRINĊIPJI TAL-PILASTRU PPROKLAMATI FIS-SUMMIT TA’ GOTHENBORG TAL-2017

1. L-Edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja

Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. 

2. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri 
a. Fl-oqsma kollha hemm bżonn li titrawwem u tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjiegi u fil-progress fil-karriera. 
b. In-nisa l-irġiel għandhom id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali.

3. Opportunitajiet indaqs 
Irrispettivament mill-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew orjentament-orjentazzjoni sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jitrawmu opportunitajiet ugwali ta’ gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed.

4. L-appoġġ attiv għall-impjiegi 
a. Kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg jew il-prospetti ta’ impjieg indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol. Kulħadd għandu d-dritt li jittrasferixxi l-protezzjoni soċjali u l-intitolamenti ta’ taħriġ matul transizzjonijiet professjonali. 
b. Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistati, traineeships jew offerta ta’ xogħol ta’ reputazzjoni tajba sa 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni. 
c. In-nies qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ personalizzat, kontinwu u konsistenti. Il-persuni qiegħda fit-tul għandhom id-dritt għal valutazzjoni individwali fil-fond mhux aktar tard minn 18-il xahar ta’ qgħad.

5. L-impjieg sigur u adattabbli 
a. Irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, għall-aċċess għall-protezzjoni soċjali u għat-taħriġ. Għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjiegi miftuħa. 
b. Skont il-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, għandha tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku. 
c. Għandhom jitrawmu forom innovattivi ta’ xogħol li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità. Għandhom jitħeġġu l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti. Għandha tiġi ffaċilitata l-mobilità okkupazzjonali. 
d. Għandhom jiġu evitati r-relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ kuntratti atipiċi. Il-perjodu ta’ probazzjoni għandu jkun ta’ durata raġonevoli.

6. Il-pagi 
a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal pagi ġusti li jipprovdu għal standard tal-għajxien diċenti. 
b. Għandhom jiġu żgurati pagi minimi adegwati, b’mod li jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-impjiegi u l-inċentivi biex ifittxu xogħol. Għandu jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu. 
c. Il-pagi kollha għandhom ikunu stabbiliti f’mod trasparenti u prevedibbli skont il-politiki nazzjonali u jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali.

7. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f’każ ta’ sensja 
a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-kitba fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta’ probazzjoni. 
b. Qabel kwalunkwe sensja l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bir-raġunijiet u li jingħataw perjodu ta’avviż raġonevoli. Għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni ta’ tilwim effettiva u imparzjali u, f’każ ta’ sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat.

8. Id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema 
a. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn għandhom ikunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Fejn xieraq, il-ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. 
b. Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jiġu infurmati u kkonsultati fi żmien xieraq dwar il-kwistjonijiet rilevanti għalihom, b’mod partikolari dwar it-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta’ impriżi u dwar sensji kollettivi. 
c. Għandu jiġi mħeġġeġ l-appoġġ għal żieda fil-kapaċità tas-sħab soċjali biex jippromwovu d-djalogu soċjali.

9.   Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Il-ġenituri u l-persuni b’responsabbiltajiet ta’ indukrar għandhom id-dritt għal leave xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta’ kura. In-nisa u l-irġiel għandhom ikollhom aċċess ugwali għal-leave speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta’ indukrar tagħhom u għandhom jiġu mħeġġa jużawhom b’mod bilanċjat.

10.   Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data 
a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq ix-xogħol. 
b. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. 
c. Il-ħaddiema għandhom id-dritt li d-data personali tagħhom tkun protetta fil-kuntest tax-xogħol.

11. L-indukrar u l-appoġġ għat-tfal 
a. It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija affordabbli u għal indukrar ta’ kwalità tajba. 
b. It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar. It-tfal minn ambjenti żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi sabiex jissaħħu l-opportunitajiet ugwali.

12.   Il-ħarsien soċjali

Irrispettivament mit-tip u mit-tul ta’ żmien tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema, u f’ċerti kundizzjonijiet simili, il-persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom id-dritt għal protezzjoni soċjali adegwata.

13.   Il-benefiċċji tal-qgħad 
Il-persuni qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ ta’ attivazzjoni adegwat mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi biex jintegraw (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u għal benefiċċji adegwati tal-qgħad b’durata raġonevoli, f’konformità mal-kontribuzzjonijiet u mar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Dawn il-benefiċċji m’għandhomx jikkostitwixxu diżinċentiv għal ritorn ta’ malajr għax-xogħol.

14.   L-introjtu minimu 
Kull min ma jkollux riżorsi suffiċjenti għandu d-dritt għal benefiċċji ta’ introjtu minimu adegwat li jiżgura ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja, u aċċess effettiv għal oġġetti u servizzi ta’ sostenn. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, il-benefiċċji tal-introjtu minimu għandhom ikunu kkombinati ma’ inċentivi ta’ (ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

15.   L-introjtu u l-pensjoni tal-irtirar 
a. Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu rtiraw għandhom id-dritt għal pensjoni li tkun proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom u li tiżgura introjtu adegwat. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom opportunitajiet ugwali biex jakkwistaw id-drittijiet għall-pensjoni. 
b. Kull anzjan għandu d-dritt għal riżorsi li jiżguraw ħajja dinjituża.

16.   Il-kura tas-saħħa 
Kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba.

17.   L-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità 
Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal appoġġ għal introjtu li jiżgura l-għajxien dinjituż, servizzi li bihom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

18.   Il-kura fit-tul 
Kulħadd għandu d-dritt għal servizzi ta’ kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità tajba, b’mod partikolari għal servizzi ta’ kura fid-djar u għal servizzi komunitarji.

19.   L-abitazzjoni u l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar 
a. Għandu jiġi provdut aċċess għall-abitazzjoni soċjali jew għajnuna għall-abitazzjoni ta’ kwalità tajba għal dawk fil-bżonn. 
b. Persuni vulnerabbli għandhom id-dritt għal għajnuna u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. 
c. Għandhom jiġu provduti kenn u servizzi adegwati lill-persuni mingħajr dar sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom.

20.   L-aċċess għal servizzi essenzjali

Kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawk is-servizzi għal dawk fil-bżonn.

Top