Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Informazzjoni speċjalizzata

Din it-taqsima hi mfassla biex toffri informazzjoni speċjalizzata lill-persuni li jaħdmu bir-regoli ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bħall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-avukati, l-imħallfin, l-imsieħba soċjali u l-esperti l-oħrajn.

Il-kontenut fih:

  • Leġiżlazzjoni u ftehimiet tal-UE
    Tagħti ħarsa ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u tal-ftehimiet tagħha ma pajjiżi terzi. Tinkludi wkoll il-links biex jiġu ddawnlowdjati r-regolamenti u biex tinstab aktar informazzjoni.
  • Dokumenti uffiċjali
    Jagħtu aċċess kemm għall-verżjonijiet aġġornati tad-Dokumenti Elettroniċi Strutturati (SEDs) u tad-Dokumenti Portabbli (PDs) kif ukoll għad-deċiżjonijet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-dokumenti l-oħrajn kollha li dwarhom sar ftehim mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.
  • EESSI
    Tagħti ħarsa ġenerali tal-Iskambju Elettroniku tas-sistema tal-Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Din tinkludi l-aċċess għal dokumenti tekniċi u utli oħra u għall-iddawnlowdjar tas-softwer.
  • In-Netwerk tal-Mobilità tal-esperti legali u tal-istatistika dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali hu netwerk ta' esperti legali u tal-istatistika indipendenti dwar dawn it-temi. Hu jipprovdi lill-Kummissjoni b'kompetenzi esperti permezz ta' rapporti u ta' appoġġ analitiku ad hoc. In-netwerk hu magħmul minn żewġ lottijiet:
  • Appoġġ finanzjarju tal-UE
    Jippreżenta l-istrument il-ġdid iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea biex jgħin l-azzjonijiet transnazzjonali fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-informazzjoni fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.
  • MISSOC
    Jippreżenta s-Sisema ta' Informazzjoni Reċiproka dwar il-Protezzjoni Soċjali (MISSOC) u jipprovdi aċċess għall-informazzjoni ddettaljata, komparabbli u aġġornata regolarment dwar is-sistemi ta' protezzjoni soċjali nazzjonali.
  • Il-Pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji
    Il-Kummissjoni Ewropea ffinanzjat proġett biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt u uffiċjali pubbliċi oħra biex jiġu miġġielda l-frodi u l-iżbalji fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE. Bħala parti minn dan il-proġett, inħolqot pjattaforma ta’ diskussjoni online. L-aċċess għall-pjattaforma online hi disponibbli mingħajr ħlas għall-impjegati taċ-ċivil u impjegati ta’ istituzzjonijiet kompetenti tas-sigurtà soċjali responsabbli għall-koordinazzjoni transfruntiera tas-sigurtà soċjali.

Ixxerja din il-paġna