Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Xi tfisser koordinazzjoni?

Diġà żort il-paġna tagħna dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali?

Koordinazzjoni mmodernizzata tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

 

Il-koordinazzjoni mmodernizzata tirreferi għal sett ta' regoli ġodda applikabbli mill-1 ta' Mejju 2010: ir-Regolamenti 883/2004 u 987/2009.

Aktar persuni se jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-regoli ta' koordinazzjoni: mhux biss tkopri lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom iżda wkoll persuni bla xogħol, li għadhom bla xogħol jew li m'għadhomx jaħdmu.

L-ambitu tagħha issa twessa' biex jinkludi benefiċċji ġodda bħal dawk tal-paternità u ta' qabel l-irtirar, fid-dawl tal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali fil-livell nazzjonali.

Rwol importanti ieħor tar-regolamenti l-ġodda hu li jiġu stabbiliti strumenti u proċeduri strutturati biex jitjiebu s-servizzi lill-utenti. Se jitnieda netwerk ġdid għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni tas-sigurtà soċjali (sistema EESSI, ara hawn taħt) li għandu jibda jaħdem qabel Mejju 2012.

Aqra l-mistoqsijiet frekwenti biex tara liema regoli japplikaw għalik u tara s-sitwazzjoni tiegħek hix se tinbidel bir-regoli l-ġodda.

Skambju elettroniku tal-informazzjoni tas-sigurtà soċjali

 

Waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin introdotti bir-Regolamenti l-ġodda hi l-obbligu għall-pajjiżi li jiskambjaw l-informazzjoni tas-sigurtà soċjali b'mezzi elettroniċi biss (Art. 4 tar-Regolament 987/2009).

Qed tiġi stabbilita sistema li tipprovdi qafas komuni sigur: is-sistema EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information). Hu mistenni li s-sistema jkollha rwol prinċipali biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonjiet u twassal għal infurzar aħjar tad-drittijiet taċ-ċittadini, eż. billi l-benefiċċji jingħataw iktar malajr.

Mhux se jkun hemm iktar bżonn ta' E-formoli f'format stampat. F'xi każijiet, se jinbidlu bl-hekk imsejħa "dokumenti portabbli". Ara l-mistoqsijiet frekwenti dwar it-talbiet u l-formoli.

 

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna