Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

30/11/2020
Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala fattur li jippermetti l-irkupru u tranżizzjonijiet ġusti għal ekonomiji diġitali u ekoloġiċi

Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala fattur li jippermetti l-irkupru u tranżizzjonijiet ġusti għal ekonomiji diġitali u ekoloġiċi

Id-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għat-tranżizzjoni diġitali u l-ekonomiji ekoloġiċi ġiet approvata fit-30 ta’ Novembru 2020. Hija tikkomplementa l-viżjoni u l-għanijiet strateġiċi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u reżiljenza b’azzjonijiet fuq terminu qasir li għandhom jitlestew sal-2025.  
Id-Dikjarazzjoni għandha erba’ għanijiet wesgħin:
-    reżiljenza u eċċellenza permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità, inklussiva u flessibbli;
-    l-istabbiliment ta’ kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja;
-    il-promozzjoni tas-sostenibilità permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;
-    żona Ewropea ta’ edukazzjoni u taħriġ u dimensjoni internazzjonali ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali.

Catalog N. : KE-07-21-050-MT-N

Disponibbli f'  EU Publications

Ixxerja din il-paġna