Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 184, IS 24 ta´ Novembru 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Intensifikati l-isforzi fil-ġlieda kontra ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi, iżda kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu

mill-Professur Benoit Vallet, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, Franza

mill-Professur Benoit Vallet, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, Franza

F'dawn l-aħħar għaxar snin, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi spiċċat fuq quddiem fit-tħassib dwar is-sigurtà internazzjonali tas-saħħa. Il-pjan ta’ azzjoni Ewropew dwar l-AMR għen biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħtieġa li jiġu elaborati pjanijiet nazzjonali komprensivi. Madankollu, minħabba l-isfida, iridu jsiru aktar sforzi kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll mill-atturi ewlenin lil hinn mill-qasam tas-saħħa jew mediku u xjentifiku, inkluża l-Unjoni Ewropea.

Aħna nemmnu li kull attur fil-qasam tal-AMR għandu jiffoka fuq il-valur miżjud prinċipali biex tiġi żgurata koerenza akbar fil-moviment globali ko [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ARPEC - Reżistenza tal-Antibijotiċi u l-Preskrizzjonijiet għat-Tfal Ewropej

IMPLEMENT - Nimplimentaw Bundles Strateġiċi għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Infezzjonijiet

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissarju tas-Saħħa Andriukaitis jgħin fit-tnedija tal-Azzjoni Konġunta ġdida tal-UE dwar it-Kanċers Rari  »

Din l-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar il-Kanċers Rari se tikkumplementa u tappoġġja proġetti dwar il-kanċers rari permezz tal-Programm tas-Saħħa u tipprovdi qafas għall-partijiet ikkonċernati kollha biex jaħdmu flimkien, qal il-Kummissarju waqt it-tnedija tas-7 ta’ Novembru.

Żewġ l-Opinjonijiet ġodda tal-SCCS miftuħa għall-kummenti  »

L-Opinjonijiet jivvalutaw is-sikurezza taż-żebgħa tax-xagħar HC Orange No. 6 (B125) u ta’ tliet kisi nano għad-Dijossidu tat-Titanju użat bħala filtru tal-UV.

Mediċni għat-tfal: il-Kummissjoni tniedi Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati  »

Interessat f’mediċini sikuri għat-tfal? Il-ġenituri, ir-riċerkaturi, il-manifatturi jew dawk li jippreskrivu jistgħu jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni li se tiġbor l-esperjenzi u l-opinjonijiet dwar ir-Regolament Pedjatriku. Tagħlaq: fl-20 ta' Frar 2017

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-Programm dwar is-Saħħa (2014–2020)?  »

Imla dan il-kwestjonarju qasir biex taqsam l-opinjoni tiegħek u tgħin biex jingħata feedback lill-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ u ttejjeb il-Programm dwar is-Saħħa.

Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE 

Agħmel is-sign up tiegħek illum għal-Laqgħa dwar il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fil-25 ta’ Novembru!  »

Se jintgħażlu 80 parteċipant biex jattendu l-laqgħa li se ssir fil-5 ta’ Diċembru fi Brussell, abbażi tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-Pjattaforma, il-kontribuzzjoni tagħhom għad-dikjarazzjonijiet konġunti, u r-rilevanza tal-organizzazzjoni għas-suġġetti tal-laqgħa. Il-parteċipanti se jkollhom aċċess għal netwerk ġdid biex jgħinhom iħejju għal-laqgħa.

Issuġġerixxi suġġetti għal sett ġdid ta’ dikjarazzjonijiet konġunti  »

Inti mistieden tissuġġerixxi kwalunkwe suġġett dwar is-saħħa li l-organizzazzjoni tiegħek tqis importanti li jsir xogħol fuqu f’netwerk tematiku għas-sessjoni ġdida. Tista’ wkoll tmexxi dan in-netwerk tematiku!

 Kif issir utent tal-Pjattaforma

 
  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Rapport ġdid tad-WHO/Ewropa jappella għal azzjoni urġenti għall-protezzjoni tat-tfal mill-kummerċjalizzazzjoni diġitali tal-ikel  »

F’ħafna pajjiżi l-midja diġitali mhijiex regolata sew, u t-tfal qegħdin dejjem aktar ikunu esposti għal tekniki ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla apposta u konvinċenti, pereżempju permezz ta’ siti tal-midja soċjali u “advergames”.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Tibda l-kampanja ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali  [Malta]  »

Huwa offrut tilqim bla ħlas għall-popolazzjonijiet li huma l-aktar vulnerabbli, inklużi persuni li għandhom aktar minn 55 sena, tfal żgħar ħafna li għandhom aktar minn 6 xhur, u nies b’kondizzjonijiet kroniċi.

Ir-Rumanija u l-Bulgarija jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni dwar l-aċċess tal-pazjenti għall-mediċini  [Ir-Rumanija]  »

Il-pazjenti fiż-żewġ pajjiżi issa se jkollhom aċċess għal mediċini li jistgħu ma jkunux disponibbli f’pajjiż wieħed iżda jkunu disponibbli fil-pajjiż l-ieħor.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza tal-Presidenza Slovakka dwar il-marda ta’ Alzheimer (Bratislava, 28 - 29 ta’ Novembru 2016)  »

Il-parteċipanti tal-konferenza “Il-marda ta’ Alzheimer – l-epidemija tat-tielet millennju: Lesti li nħabbtu wiċċna magħha?”, se jinkludu dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mis-settur tas-saħħa pubblika, rappreżentanti mill-Kummissjoni, Membri tal-Parlament Ewropew u organizzazzjonijiet globali, Ewropej u nazzjonali attivi fil-qasam tad-Dimenzja.

Fl-edizzjoni li jmiss

L-Istat tas-Saħħa fl-UE

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk