Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 183, IS 10 ta´ Novembru 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi fl-UE – sar progress iżda għad fadal ħafna xi jsir

minn Hilde Vautmans, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Belġju u Ivan Jakovčić, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Kroazja

minn Hilde Vautmans, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Belġju u Ivan Jakovčić, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Kroazja

Fl-okkażjoni ta’ Jum id-Donaturi tal-Organi Ewropej f’Ottubru, organizzajna reċentement sessjoni tal-Parlament Ewropew fi Brussell, organizzata b’kooperazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Ipertensjoni Pulmonari Ewropa (PHA Europe). Flimkien mal-kollegi tagħna Romana Tomc u Alojz Peterle, rajna dan l-avveniment bħala opportunità biex jiġi enfasizzat it-tħassib tagħna għal eluf ta’ pazjenti madwar l-UE dwar il-listi ta’ stennija għal trapjant li qatt mhu se jkollhom il-proċeduri li jistgħu jssalvawlhom ħajjithom. Ir-riċerka turi li kuljum imutu 16-il pazjent li jkunu qed jistennew l-organi li għandhom bżonn. Dan hu għal [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ACCORD - Il-Kisba ta’ Koordinazzjoni Komprensiva fid-Donazzjoni tal-Organi madwar l-UE

ODEQUS - Is-Sistema Ewropea ta’ Kwalità għad-Donazzjoni tal-Organi

FOEDUS - L-iffaċilitar tal-iskambju ta’ organi offruti fl-istati membri tal-UE

ELIPSY – Segwitu Psikosoċjali tad-Donaturi Ħajjin Ewropej

MODE - Id-Donazzjoni Reċiproka tal-Organi u Skambji ta' Trapjanti

ETPOD - Programm ta’ Taħriġ Ewropew dwar id-Donazzjoni tal-Organi

COORENOR - Koordinazzjoni ta’ inizjattiva Ewropea fost organizzazzjonijiet nazzjonali għat-trapjanti ta’ organi

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissarju Andriukaitis hu favur il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa biex il-kura tas-saħħa fl-UE tkun "sostenibbli"  »

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali jeħtiġilhom iħaddnu l-era diġitali u jużaw il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa sabiex isiru verament sostenibbli u kosteffettivi, qal il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, lill-EurActiv.com f'intervista reċenti.

Qsim ta’ fruntiera għal trattament mediku: Il-Kummissjoni tippubblika dejta minn 23 Stat Membru  »

Id-dejta kienet ippubblikata fil-konferenza tal-24 ta' Ottubru, "Lejn għarfien amplifikat tad-drittijiet tal-UE għal kura transkonfinali" u tikkonċerna l-użu tal-pajjiżi tal-UE tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali fl-2015. Id-dejta sħiħa, u aktar informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, tinsab disponibbli onlajn.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur jadotta tliet opinjonijiet ġodda għall-ingredjenti kosmetiċi  »

Aqra l-Opinjoni tal-SCCS dwar is-sikurezza tal-Vitamina A, tal-phenoxyetanol u tal-preservattivi EcoG +

Ħames sejħiet għal proposti mnedija għal proġetti pilota ffinanzjati mill-UE  »

Il-proġetti pilota ffinanzjati mill-UE huma fl-oqsa tal-mard rari, tas-saħħa mentali, tal-mard kroniku u rewmatiku u tal-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitati Xjentifiċi mhux tal-ikel matul l-aħħar terminu (Marzu 2013-April 2016) issa ġie ippubblikat  »

Il-Kumitati huma l-Kumitati Xjentifiċi dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), ir-Riskji tas-Saħħa u Ambjentali (SCHER) u r-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR), li pprovdew pariri lis-servizzi tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ valutazzjonijiet tar-riskji speċifiċi. Aqra dwar il-kisbiet ewlenin tagħhom.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tad-Dijabete, 14 ta’ Novembru  »

Is-7 Konferenza Ewropea dwar il-Politika tal-Alkoħol (7EAPC) (Llubjlana, is-Slovenja, 22–23 ta’ Novembru, 2016)  »

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Ġimgħa Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol saret mill-24 sat-28 ta’ Ottubru  »

Permezz tal-mijiet ta' avvenimenti li seħħew fl-Ewropa kollha f'din il-ġimgħa, l-Aġenżija Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u n-netwerk tal-imsieħba tagħha enfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet sikuri u tajbin għas-saħħa matul il-ħajja tax-xogħol.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Hekk kif qed joqrob l-istaġun tal-influwenza, l-istess qed tagħmel il-kampanja ta' tilqim 2016-2017  [Spanja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Ugwaljanza jirrakkomanda li jitlaqmu kontra l-influwenza l-persuni bl-età ta' 65 sena u aktar, il-gruppi fir-riskju u l-persunal tas-saħħa. It-tilqim hu wieħed mill-miżuri l-aktar effettivi għas-saħħa pubblika biex ikun evitat il-bidu tal-mard u anki l-mewt f'ċerti każijiet.

Nuqqas kritiku ta’ donaturi tal-organi qanqal kampanja pubblika  [Lussemburgu]  »

Kards ta’ donaturi, jew “Passeport de vie”, intbagħtu bil-posta pubblika bi browxer informattiv, li għamluha eħfef għan-nies li jiffirmaw il-kard u jiddikkjaraw li lesti li jagħtu l-organi. Tliet organi biss minn donaturi fil-Lussemburgu ntużaw għat-trapjanti fl-2015.

Fl-edizzjoni li jmiss

Reżistenza Antimikrobika

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk