Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 185, IS 9 ta´ Diċembru 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ir-rapport ġdid Health at a Glance: nagħtu daqqa t’id, mhux nippuntaw subgħajna

minn Xavier Prats Monné, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

minn Xavier Prats Monné, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

Ir-rapport il-ġdid Health at a Glance: Europe 2016 – li ġie varat fit-23 ta’ Novembru – huwa l-ewwel riżultat tal-ewwel ċiklu ta’ sentejn tal-Istat tas-Saħħa fl-UE; jipprovdi lill-Istati Membri b’informazzjoni affidabbli dwar is-saħħa u analiżi soda minn esperti li jistgħu jgħinuhom jiffurmaw il-politika bbażata fuq l-evidenza. 

Ir-rapport, li jgħin ukoll biex jiġu ddeterminati l-oqsma fejn il-valur miżjud tal-UE jista’ jkun partikolarment sinifikanti, jeżamina l-istatus tas-saħħa u s-sistemi fl-Istati Membri tal-UE u jenfasizza l-ostakoli li jwaqqfuhom milli jkunu effettivi, aċċessibbli u reżiljenti da [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Ebda limitu ta’ espożizzjoni sikura għar-radjazzjoni UV mis-sodod għat-tixmix, skont il-konklużjoni tal-kumitat xjentifiku indipendenti  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa, l-Ambjent u r-Riskji Emerġenti (SCHEER) tagħha ppubblikaw l-Opinjoni finali dwar l-effetti bijoloġiċi tar-radjazzjoni ultravjola rilevanti għas-saħħa, b’referenza partikolari għas-sodod tat-tixmix għal skopijiet kożmetiċi.

Grupp Ġdid ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni u l-Prevenzjoni għandu l-għan li jgħin biex jiġi indirizzat il-mard kroniku  »

Il-grupp, li hu magħmul minn rappreżentanti minn kull pajjiż tal-UE u taż-ŻEE, ġie stabbilit mill-Kummissjoni biex jgħin lill-Istati Membri jwaqqfu ż-żieda ta’ mard li ma jitteħidx b’enfasi fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Il-Grupp ta’ Tmexxija ltaqa’ għall-ewwel darba fit-30 ta’ Novembru fi Brussell.

L-industrija tal-ikel u l-NGOs jipparteċipaw fil-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa  »

L-imballaġġ, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kompożizzjoni ta’ ikel ipproċessat jista’ jkollhom impatt enormi fuq l-obeżità fit-tfal. L-industrija u s-soċjetà ċivili ngħaqdu mal-Kummissjoni fl-24 ta’ Novembru sabiex jiddiskutu l-kummerċjalizzazzjoni diġitali tal-ikel, ir-riformulazzjoni tal-ikel u l-attività fiżika u ftiehmu dwar metodoloġija ġdida għal ħidma futura.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipparteċipaw fi Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika  »

Ir-riformulazzjoni tal-ikel u l-għajnuna sabiex it-tfal jieklu ikel aħjar għal saħħithom huma ż-żewġ prijoritajiet tal-Presidenza tal-UE Slovakka attwali u tal-Presidenza tal-UE Maltija li jmiss. Aqra l-preżentazzjonijiet mogħtija f’din il-laqgħa tat-23 ta’ Novembru hawnhekk.

Dejta ġdida turi li 1 minn kull 7 persuni li jgħixu bl-HIV ma jafux li huma infettati  »

Madwar 122,000 persuna fl-UE/ŻEE jistgħu ma jkunux konxji li għandhom l-HIV/AIDS, minn total ta’ madwar 810,000 persuna li qegħdin jgħixu bl-HIV fl-UE/ŻEE, skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Skopri aktar dwar il-Jum Dinji tal-AIDS 2016 fil-paġna web tal-ECDC.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-Organizzazzjoni tal-Istituti Ewropej tal-Kanċer ippubblikat l-edizzjoni ta’ Diċembru tan-newsletter  »

L-Azzjoni Konġunta dwar il-Kontroll tal-Kanċer (CanCon) u l-Azzjoni Konġunta dwar il-Kanċers Rari l-ġdida jissemmew f’din l-edizzjoni tan-newlsetter tal-OECI.

Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE 

Tmien Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi msemmija bħala finalisti għall-Premju tas-Saħħa tal-UE  »

Fil-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi, it-18 ta’ Novembru, il-Kummissarju tas-Saħħa Vytenis Andriukaitis ħabbar it-tmien NGOs magħżula għall-għoti tal-premju għall-ħidma tagħhom fil-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika. Dawn l-NGOs se jidhru fin-newsletters Saħħa-UE li jmiss.

Approva d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Pjattaforma għall-Politika dwar is-Saħħa tal-UE  »

Irreġistra fuq il-pjattaforma web biex tapprova d-Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar is-Saħħa Mentali, l-Inugwaljanzi fil-Qasam tas-Saħħa, is-Sikurezza tal-Pazjenti u tal-Forza tax-Xogħol tas-Saħħa Pubblika.

 Kif issir utent tal-Pjattaforma

 
  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Fl-2017 għandu jiġi varat Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar ir-Reżistenza Antimikrobika  »

Fil-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi, it-18 ta’ Novembru, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis qal li l-UE kienet “minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra din it-theddida kbira” u ħabbar it-tieni Pjan ta’ Azzjoni li għandu jiġi varat fl-2017.

L-Azzjoni Konġunta għall-Kontroll tal-Kanċer (CanCon) tagħti parir ibbażat fuq l-evidenza dwar il-kontroll tal-kanċer  »

L-eżitu prinċipali ta’ din l-azzjoni konġunta, il-Gwida, hija kważi lesta u se tipprovdi informazzjoni u pariri għal min jieħu d-deċiżjonijiet u l-professjonisti fil-kura tal-kanċer fl-Ewropa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-istrateġija nazzjonali dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika tiċċelebra l-10 anniversarju  [Lussemburgu]  »

Matul dawn l-aħħar għaxar snin ġew varati madwar 500 attività bħala parti minn dan il-programm multisettorjali. L-inizjattiva li rnexxiet “Gesond iessen - Méi bewegen” (Kul Ikel Tajjeb għas-Saħħa, Iċċaqlaq Aktar) hi approċċ eżemplari u innovattiv biex tgħin lin-nies jgħixu aktar fit-tul, ikollhom ħajja aktar b’saħħitha u hi appoġġjata mill-Kummissjoni.

Il-gwida tas-saħħa għall-persuni li jfittxu l-asil fil-Ġermanja disponibbli onlajn  [Ä ermanja]  »

Skopri aktar dwar kif hija rregolata l-kura tas-saħħa għal persuni li jfittxu asil fil-Ġermanja u liema miżuri huma inklużi.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza 2017 dwar l-HepHIV: L-HIV u l-Epatite Virali: L-Isfidi tal-Ittestjar u l-Kura f’Waqthom (Malta, 21 ta’ Jannar – 2 ta’ Frar 2017)  »

L-HepHIV2017 hija t-tieni konferenza Ewropea li tlaqqa’ flimkien l-oqsma tal-HIV u tal-epatite virali dwar id-dijanjosi minn kmieni taż-żewġ kundizzjonijiet relatati.

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni speċjali - Il-Kumitati Xjentifiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk