Id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi fl-UE – sar progress iżda għad fadal ħafna xi jsir
minn Hilde Vautmans, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Belġju u Ivan Jakovčić, Membru tal-Parlament Ewropew – il-Kroazja
Fl-okkażjoni ta’ Jum id-Donaturi tal-Organi Ewropej f’Ottubru, organizzajna reċentement sessjoni tal-Parlament Ewropew fi Brussell, organizzata b’kooperazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Ipertensjoni Pulmonari Ewropa (PHA Europe). Flimkien mal-kollegi tagħna Romana Tomc u Alojz Peterle, rajna dan l-avveniment bħala opportunità biex jiġi enfasizzat it-tħassib tagħna għal eluf ta’ pazjenti madwar l-UE dwar il-listi ta’ stennija għal trapjant li qatt mhu se jkollhom il-proċeduri li jistgħu jssalvawlhom ħajjithom. Ir-riċerka turi li kuljum imutu 16-il pazjent li jkunu qed jistennew l-organi li għandhom bżonn. Dan hu għal
[...]
|
|
|
F'din l-edizzjoni ukoll
|
|
ACCORD - Il-Kisba ta’ Koordinazzjoni Komprensiva fid-Donazzjoni tal-Organi madwar l-UE
|
ODEQUS - Is-Sistema Ewropea ta’ Kwalità għad-Donazzjoni tal-Organi
|
FOEDUS - L-iffaċilitar tal-iskambju ta’ organi offruti fl-istati membri tal-UE
|
ELIPSY – Segwitu Psikosoċjali tad-Donaturi Ħajjin Ewropej
|
MODE - Id-Donazzjoni Reċiproka tal-Organi u Skambji ta' Trapjanti
|
ETPOD - Programm ta’ Taħriġ Ewropew dwar id-Donazzjoni tal-Organi
|
COORENOR - Koordinazzjoni ta’ inizjattiva Ewropea fost organizzazzjonijiet nazzjonali għat-trapjanti ta’ organi
|
|
Is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali jeħtiġilhom iħaddnu l-era diġitali u jużaw il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa sabiex isiru verament sostenibbli u kosteffettivi, qal il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, lill-EurActiv.com f'intervista reċenti.
|
Id-dejta kienet ippubblikata fil-konferenza tal-24 ta' Ottubru, "Lejn għarfien amplifikat tad-drittijiet tal-UE għal kura transkonfinali" u tikkonċerna l-użu tal-pajjiżi tal-UE tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali fl-2015. Id-dejta sħiħa, u aktar informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, tinsab disponibbli onlajn.
|
Aqra l-Opinjoni tal-SCCS dwar is-sikurezza tal-Vitamina A, tal-phenoxyetanol u tal-preservattivi EcoG +
|
Il-proġetti pilota ffinanzjati mill-UE huma fl-oqsa tal-mard rari, tas-saħħa mentali, tal-mard kroniku u rewmatiku u tal-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider.
|
Il-Kumitati huma l-Kumitati Xjentifiċi dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), ir-Riskji tas-Saħħa u Ambjentali (SCHER) u r-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR), li pprovdew pariri lis-servizzi tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ valutazzjonijiet tar-riskji speċifiċi. Aqra dwar il-kisbiet ewlenin tagħhom.
|
|
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
|
Permezz tal-mijiet ta' avvenimenti li seħħew fl-Ewropa kollha f'din il-ġimgħa, l-Aġenżija Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u n-netwerk tal-imsieħba tagħha enfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet sikuri u tajbin għas-saħħa matul il-ħajja tax-xogħol.
|
Rapporti minn madwar l-Ewropa
|
Il-Ministeru tas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Ugwaljanza jirrakkomanda li jitlaqmu kontra l-influwenza l-persuni bl-età ta' 65 sena u aktar, il-gruppi fir-riskju u l-persunal tas-saħħa. It-tilqim hu wieħed mill-miżuri l-aktar effettivi għas-saħħa pubblika biex ikun evitat il-bidu tal-mard u anki l-mewt f'ċerti każijiet.
|
Kards ta’ donaturi, jew “Passeport de vie”, intbagħtu bil-posta pubblika bi browxer informattiv, li għamluha eħfef għan-nies li jiffirmaw il-kard u jiddikkjaraw li lesti li jagħtu l-organi. Tliet organi biss minn donaturi fil-Lussemburgu ntużaw għat-trapjanti fl-2015.
|
|
Fl-edizzjoni li jmiss
|
Reżistenza Antimikrobika
|
|
Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.
Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk
|
|